IL-KUMMISSARJU EWROPEW GĦALL-AGRIKOLTURA GĦAL ŻJARA F’MALTA
pr1001
04/07/2005
| Il-Kummissarju | Ewropew għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali Mariann Fischer Boel se tagħmel żjara f’Malta bejn nhar il-Ħamis 7 u nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju, 2005. Din se tkun l-ewwel żjara tagħha f’Malta minn kemm ilha li nħatret fil-kariga ta’ Kummissarju. |
| Matul | iż-żjara tagħha f’Malta, Fischer Boel se jkollha l-opportunita’ tara mill-qrib ir-realtajiet tas-settur agrikolu lokali. Hi se tittieħed ukoll Għawdex u se jkollha laqgħa ma’ rappreżentanti ta’ l-għaqdiet u l-koperattivi tal-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Il-programm taż-żjara tal-Kummissarju Ewropew jinkludi wkoll żjara biex ikun muri x-xogħol ta’ titjib u mmodernizzar fil-kumpannija Malta Dairy Products Ltd. Fischer Boel se żżur ukoll lill-kumpannija Delicata li tipproduċi l-inbid. |
| Il-qofol | taż-żjara tal-Kummissarju Fischer Boel se jintlaħaq b’laqgħa uffiċjali ma’ delegazzjoni tal-Gvern Malti mmexxija mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino. Matul din il-laqgħa mistennija jiġu diskussi temi importanti u attwali bħalma huma l-effetti wara l-ewwel sena sħiħa mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-miżuri tal-Pjan għall-Iżvilupp Rurali u l-pożizzjoni ta’ Malta fil-kuntest tar-riformi li qed isiru fil-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. Fi tmiem il-laqgħa uffiċjali se ssir konferenza ta’ l-aħbarijiet konġunta bejn iż-żewġ naħat. |
| Il-Kummissarju | Ewropew se tagħmel ukoll żjara ta’ kortesija lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946