Left arrow Mur Lura

L-AWTORITAJIET TAL-FAĊILITA’ KORRETTIVA TA’ KORDIN JIKKONTROLLAW PROTESTA LI SARET FIL-FAĊILITA’ U JĠIBU S-SITWAZZJONI GHAN- NORMAL

pr0997
Date Icon 02/07/2005
Illum għall-ħabtatas-sagħtejn ta’ wara nofs inhar, tlett priġunieri barranin fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin riedu b’forza u kontra r-regolamenti, jixtru apparat elettroniku mingħand priġunier ieħor.
Il-priġunieri bdewjipprotestaw ma’ l-awtoritajiet u wara ftit ingħaqdu magħhom il-priġunieri kollha ta’ Division 1, madwar 33 kollha ta’ nazzjonalita’ barranija, li kienu aggressivi ħafna kontra l-iSpecial Response Team. Waqt il-protesta, sar tkissir u ingħataw in-nar partijiet mid-Diviżjoni.
Wara li diversitentattivi tad-Direttur tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin biex il-priġunieri jieqfu mill-protesta u jirritornaw fiċ-ċelel ma ġewx obduti mill-prigunieri, l-awtoritajiet tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, bl-għajnuna tas-Sezzjoni tal-SAG tal-Pulizija, ikkontrollaw is-sitwazzjoni li issa hija normali.  Żewg priġunieri ittieħdu l-isptar għal eżami.
Il-Magistrat ta’ l-GħassaAbigail Lofaro qed tagħmel inkjesta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow