L-AWTORITAJIET TAL-FAĊILITA’ KORRETTIVA TA’ KORDIN JIKKONTROLLAW PROTESTA LI SARET FIL-FAĊILITA’ U JĠIBU S-SITWAZZJONI GHAN- NORMAL
pr0997
02/07/2005
| Illum għall-ħabta | tas-sagħtejn ta’ wara nofs inhar, tlett priġunieri barranin fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin riedu b’forza u kontra r-regolamenti, jixtru apparat elettroniku mingħand priġunier ieħor. |
| Il-priġunieri bdew | jipprotestaw ma’ l-awtoritajiet u wara ftit ingħaqdu magħhom il-priġunieri kollha ta’ Division 1, madwar 33 kollha ta’ nazzjonalita’ barranija, li kienu aggressivi ħafna kontra l-iSpecial Response Team. Waqt il-protesta, sar tkissir u ingħataw in-nar partijiet mid-Diviżjoni. |
| Wara li diversi | tentattivi tad-Direttur tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin biex il-priġunieri jieqfu mill-protesta u jirritornaw fiċ-ċelel ma ġewx obduti mill-prigunieri, l-awtoritajiet tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, bl-għajnuna tas-Sezzjoni tal-SAG tal-Pulizija, ikkontrollaw is-sitwazzjoni li issa hija normali. Żewg priġunieri ittieħdu l-isptar għal eżami. |
| Il-Magistrat ta’ l-Għassa | Abigail Lofaro qed tagħmel inkjesta. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946