Left arrow Mur Lura

SPIŻA TA’ TLETT KWARTI TA’ MILJUN LIRA SABIEX INĠABRU 23,800 TUNNELLATA TA’ SKART MORMI B’MOD ILLEGALI F’WIDIEN, ŻONI INDUSTRIJALI U TOROQ ARTERJALI FL-AĦĦAR TMINSTAX – IL XAHAR

pr0996
Date Icon 02/07/2005
Madwar23,800 tunellata ta’ skart mormi b’mod illegali nġabru fl-aħħar tmintax –il xahar mid-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan l-iskart inġabar minn widien, żoni industrijali u toroq arterjali. L-ispiża biex dan l-iskart inġabar laħqet madwar Lm750,000.
Il-MinistruNinu Zammit tenna li l-ammont konsiderevoli ta’ kull tip ta’ skart li jiġi mormi f’widien, żoni industrijali u toroq arterjali juri n-nuqqas ta’ rispett lejn pajjiżna minn nies irresponsabbli.
Id-Dipartiment għas-Servizzita’ l-Indafa fl-aħħar xhur introduċa freephone system (8007 6608) fejn wieħed jista’ jirraporta każijiet ta’ skart mormi f’widien, toroq arterjali u żoni industrijali. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm l’fuq minn 250 rapport ta’ dan it-tip. Eżerċizzju ieħor kien dak ta’ tneħħija ta’ tabelli u riklami mwaħħla ma’ arbli u ħitan tal-ġnub tat-toroq, li wassal għat-tneħħija ta’ l’fuq minn 2,000 tabella fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ta eżempji ta’ kifil-Ministeru seta’ sarraf Lm750,000 fi proġetti flok f’eżerċizzji ta’ tindif. ”B’din l-istess somma setaw twettqu proġett ieħor bħal Paceville jew tlett proġetti bħal Barrakka ta’ Fuq jew ħames proġetti ta’ restawr simili għal dak ta’ l-Akwadotti jew seba’ proġetti bħal promenade tax-Xgħajra.” stqarr il-Ministru Ninu Zammit.
Finalmentil-Ministru Zammit fakkar li ż-żamma ta’ l-ambjent hija  r-responsabbilta’ tagħna lkoll u għaldaqstant reġa’ appella għal sforz kollettiv minn kullħadd sabiex pajjiżna jinżamm fi stat nadif.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow