Left arrow Mur Lura

XOGĦOL FUQ 174 TRIQ RESIDENZJALI FI 18 –IL XAHAR

pr0991
Date Icon 01/07/2005
F’dawnil-jiem il-Gvern ser joħroġ 15-il tender ġdid għall-bini ta’ toroq residenzjali f’diversi żoni ta’ Malta. Dawn ser jiżdiedu mal-34 lant ieħor fuq toroq residenzjali li għalihom diġà ħareġ tender u li x-xogħol fuqhom ser jibda’ fil-ġimgħat li ġejjin.
Waqtżjara li għamel f’San Ġwann fuq stedina tal-Kunsill Lokali, il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett qal li l-figuri jixhdu l-impenn tal-Gvern biex itejjeb l-istat tat-toroq f’pajjiżna.
“Mill-bidutas-sena 2004 ’l hawn tlestew 116-il triq residenzjali. Minn dawn 75 saru mill-kunsilli lokali bi ftehim mal-Awtorità dwar it-Trasport filwaqt li 41 saru direttament mill-Awtorità. Ma’ dawn iridu jiżdiedu 9 toroq oħra li x-xogħol fuqhom għaddej bħal issa, 34 triq li diġà ħareġ tender għalihom mill-Awtorità dwar it-Trasport jew id-Dipartiment tal-Kuntratti u 24 triq li għad fadal isiru permezz tal-ftehim li kienu iffirmati bejn il-Kunsilli Lokali u l-ADT,” żied jgħid il-Ministru Mugliett.
B’hekkfl-aħħar tmintax-il xahar il-Gvern iffinanzja l-kostruzzjoni ta’ 174 triq residenzjali madwar Malta. Dawn ma jinkludux il 15-il tender oħra li ser jinħarġu aktar tard din il-ġimgħa.
Qedisir xogħol ukoll fuq 19 -il triq fiż-żoni industrijali tal-Mosta u l-Imrieħel – b’investiment ta’ Lm1.4 miljuni. Dan ix-xogħol issa beda riesaq lejn tmiemu.
Il-MinistruMugliett qal li dawn in-numru juru li l-Gvern qiegħed jagħti l-ogħla prijorità lit-titjib tan-network ta’ toroq ta’ pajjiżna. Hu kompla jgħid li s-serjetà li l-Gvern qed jimxi biha f’dan il-qasam tidher fl-eżerċizzju li għaddej bħal issa biex ikunu identifikati t-toroq residenzjali li jridu jinbnew mill-Gvern Ċentrali. L-indikazzjonijiet huma li hemm madwar 400 triq li għad iridu jsiru. Fi tmiem dan l-eżerċizzju, ser ikun qed jitħejja programm ta’ xogħlijiet dettaljat biex dawn kollha jinbnew fl-iqsar żmien possibbli.
Intantillum kien qed jitqiegħed l-aħħar medda ta’ tarmak fuq Triq il-Qasab, waħda minn disa’ toroq li inbnew mill-ġdid permezz ta’ ftehim li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann kien iffirma mal-Awtorità dwar it-Trasport madwar sentejn ilu. Mal-Lm70,000 li rċieva permezz ta’ dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali żied madwar Lm40,000 oħra mill-fondi tiegħu. Minbarra parti minn Triq il-Qasab inbnew ukoll Triq Agostino Matrenza, Triq il-Kittien, Triq il-Qrempuċ, Triq Indri Calleja, parti minn Triq Salvu Bonanno, Triq Torri Lanzon, Triq il-Qanneb u Triq ix-Xnien.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow