Left arrow Go Back

PREMJAZZJONI FIT-TMIEM TA’ KAMPANJA FOST IT-TFAL FAVUR IS-SAĦĦA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

PR0990
Date Icon 30/06/2005

“Irridu nedukaw il-ħaddiema tagħna minn eta` zgħira, u huwa għalhekk li għamilna kampanja edukattiva dwar is-sigurta` u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fi skejjel primarji.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kien qiegħed jitkellem waqt preżentazzjoni ta’ kotba lil tfal ta’ l-iSkola Primarja ta’ Ħaż-Żebbug li kienu pparteċipaw f’din il-kampanja edukattiva.  “Ħadna l-opportunita` biex, flimkien ma’ l-Awtorita` għas-Sigurta` u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), insawru mentalita` fost it-tfal biex kemm meta jikbru, kif ukoll mal-ġenituri tagħhom, jagħtu każ is-saħħa u s-sigurta` tagħhom.  

“Ħsibna biex nagħmlu din il-kampanja fl-iskejjel primarji għaliex hemm numru sostanzjali ta’ ħaddiema li jkunu telqu mill-iskola wara ftit snin fis-sekondarja u allura dak li jkunu tgħallmu fil-primarja jibqa’ jiswielhom.  Barra minn hekk, jiena nistenna li dawn it-tfal imorru d-dar u jħeggu lill-genituri tagħhom biex joqgħodu aktar attenti” kompla l-Onor. Vassallo.  Il-kampanja edukattiva kienet saret fix-xahar ta’ Mejju u t-tfal kienu ġew imħegga jagħmlu posters huma dwar li kienu tgħallmu dwar is-saħħa u s-sigurta` fuq il-post tax-xogħol.  Ħafna tfal kienu fil-fatt għamlu dawn il-posters, u s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, flimkien ma’ rapprezentant ta’ l-OHSA, issa qed imorru lura fl-iskejjel biex jippremjaw lil dawn l-istudenti.  Waqt il-preżentazzjoni tal-lum, l-istudenti ngħataw ktieb kull wieħed u wara l-prezentazzjoni ltaqa’ magħhom l-mascot ta’ l-OHSA, Napo .

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo kompla jgħid li “din il-kampanja intlaqtet tajjeb ħafna, u t-tfal urew ċertu entużjażmu dwar dan is-suġġett.  Nieħu gost li nara li dawn it-tfal mhux talli ħadmu flimkien biex jagħmlu l-posters tagħhom, iżda, kif xtaqna, marru wkoll id-dar biex jirrakkuntaw lill-ġenituri tagħhom dak li kienu tgħallmu mil-laqgħat li kellna.  Il-mascot ta’ l-OHSA, Napo , kif ukoll il-videos li ntwerew, u l-poster li ppublikajna aħna apposta għal dawn l-attivitajiet, ukoll għenu biex jitwassal il-messaġġ.  Nawgura li dan huwa pass zgħir, izda siewi, biex anqas ħaddiema jweggħu fuq il-post tax-xogħol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow