RIŻULTAT TA’ STĦARRIĠ MID-DIVIZJONI TAS-SAĦĦA DWAR KUMMENTI LI SARU FUQ IMWIET TA’ TFAL LI JITWIELDU WARA L-FERTILIZZAZZJONI ASSISTITA
Wara diversi rapporti li dehru fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa dwar l-imwiet ta’ tfal li jitwieldu wara l-fertilizzazzjoni assistita, id-Divizjoni tas-Saħħa għamlet l-istħarriġ tagħha.
Il-Konsulent konċernat ġie mitlub jissostanzja l-kumment li huwa għadda fuq il-programm ‘Bondiplus’ dwar l-imwiet ta’ trabi.
Huwa xjentifikament magħruf li r-rata tal-imwiet f’kazijiet ta’ ‘triplets’ u ‘quadriplets’ (li ġeneralment huma rizultat ta’ fertilizzazzjoni assistita), huwa bil-bosta akbar minn dak ta’ tewmin jew tfal singli. Dan joħrog ukoll mir-rapport li ssottometta l-konsulent konċernat.
Għalkemm id-Divizjoni tħoss li l-għażla tal-kliem użat ma kienetx waħda addattata, tħoss li ma hemm l-ebda passi oħra li huma meħtieġa f’dan ir-rigward.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946