MALTA SE TIPPARTECIPA FIR-ROYAL SHOW F’WARWICKSHIRE FIR-RENJU UNIT
Malta se tipparteċipa għall-ewwel darba fir-Royal Show li ser issir f’Warwickshire fir-Renju Unit, bejn it-3 ta’ Lulju u s-6 ta’ Marzu. Is-sehem ta’ Malta qed ikun ko-ordinat mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
L-istand ta’ Malta f’din l-attività se jippromwovi l-prodott frisk lokali u se jagħti wkoll importanza lill-prodotti ta’ ikel tipiku Malti. L-istand ta’ Malta se jkun jifforma parti mill-istand ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea.
Bħala parti mis-sehem ta’ pajjiżna fir-Royal Show, nhar il-Hadd 3 ta’ Lulju se tittella’ serata tipikament Maltija li se tinkludi t-tisjir ta’ ikel Malti, t-tqassim ta’ prodotti Maltin, kantanti ta’ mużika. Bħala parti mit-tħejjija għall-parteċipazzjoni f’din l-attività, il-Ministeru talab ghal darb’oħra lill-produtturi ta’ prodotti Maltin biex jesebixxu l-prodotti tagħhom mingħajr ebda ħlas għalihom. Ir-rispons għal din it-talba ghal darb’oħra kien wieħed inkoraġġanti u ma’ l-għoxrin produttur ikkonfermaw is-sehem tagħhom.
Is-Salon ta’ din is-sena se jkun maqsum fi tlett taqsimiet ewlenin – ta’ l-annimali, tal-prodotti tipiċi minn reġjuni diifferenti u taqsima oħra dwar in-natura. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jieħdu wkoll sehem mat-30 pajjiż minn madwar id-dinja kollha.
Is-sehem ta’ Malta qed isir bil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Ambaxxata Maltija fir-Renju Unit.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946