Left arrow Go Back

KORSIJIET FL-MCAST 2005-6

PR0972
Date Icon 28/06/2005

Wara li l-gimgha li ghaddiet tnieda l-prospett ghall-korsijiet part-time tas-sajf fl-MCAST, il-Kullegg nieda l-prospett il-gdid ghas-sena akkademika 2005-6 waqt konferenza stampa li saret fl-Istitut tan-Negozju u l-Kummerc li hu wiehed mid-disa' istituti li ghandu dan il-kullegg. Kull min hu interessat f'dawn il-korsijiet, partikolarment dawk li ghadhom kif temmew il-livell sekondarju jista' jigbor kopja tal-prospett mill-MCAST jew inkella jzur is-sit ta' l-MCAST www.mcast.edu.mt ghal kopja digitali tal-prospett li fih dettalji dwar il-korsijiet li joffri l-kullegg fid-diversi istituti u f'livelli differenti. L-applikazzjonijiet se jkunu qed jintlaqghu bejn il-25 u d-29 ta' Lulju.

Dan hu il-hames prospett li qed johrog il-kullegg minn mindu beda jilqa fih l-istudenti fl-2000. Minn dak iz-zmien 'l hawn il-kullegg kompla jespandi biex illum jinkludi disa' istituti u skejjel mifruxa madwar Malta u Ghawdex; u li bejniethom joffru 79 kors differenti f'Malta u 13-il kors f'Ghawdex.

Fis-sena akkademika li ghaddiet il-kullegg laqa' fih aktar minn 3600 student full-time u aktar minn 200 student part-time fiz-zewg sessjonijiet li kellhom tul is-sena akkademika u bhalissa qed jilqghu l-applikazzjonijiet ghat-tielet sessjoni tas-sajf. Fis-sena akkademika 2004-5 iddahhlu ma' l-1600 student gdid u mal-1100 student iggradwa aktar kmieni din is-sena. F'Settembru li gej hu mistenni li jidhlu ammont simili ghas-sena li ghaddiet.

Din l-informazzjoni inghatat mill-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea waqt konferenza stampa fejn tnieda l-prospett il-gdid ta' l-MCAST. Il-Ministru Galea qal li l-kullegg din is-sena ma' kienx se jzid in-numru ta' korsijiet li joffri imma kien se jikkonsolida dak li diga' joffri f'korsijiet u f'livelli differenti filwaqt li jkompli bil-programm ta' investiment kapitali fl-infrastruttura u r-rizorsi tal-kullegg.

Il-Principal tal-Kullegg is-Sur Frank Edwards qal li fl-erba' snin li ghaddew il-kullegg zviluppa b'rata mghaggla biex jinkorpora fih aktar istituti u biex joffri ghazla usa ta' korsijiet f'livelli differenti. Il-kullegg irnexxielu jaghmel dan filwaqt li zamm u tejjeb il-kwalita' ta' l-edukazzjoni li joffri. Dan kien rikonoxxut ricentement ukoll minn wahda mill-istituzzjonijiet ewlenin f'dan is-settur fir-Renju Unit l-Edexcel Din l-istituzzjoni ghazlet lill-MCAST bhala wahda mill-hames centri internazzjonali ta' eccellenza.

Il-Ministru Galea emfasizza l-importanza li l-MCAST izomm livell gholi ta' kwalita' fl-edukazzjoni u t-tahrig li joffri u qal li c-certifikati li joffri l-kullegg ikollhom valur ghal dawk li jikbuhom jekk ikunu rikonoxxuti kemm f'pajjizna kif ukoll barra bhala certifikat ta' kompetenza u taghrif u ta' kapacita' li wiehed ikun jista' jkompli jizviluppa u jitghallem fl-industrija. Hu ghalhekk li l-Ministeru jixtieq johloq qafas regolatorju li jkun jista jqis il-kwalita' tal-korsijiet li jigu offruti fl-MCAST fl-Universita' u istituzzjonijiet edukattivi ohrajn f'dan il-livell.

Biex joffri edukazzjoni ta' kwalita' il-kullegg irid ikompli jinvesti fit-tahrig ta' l-ghalliema, fl-infrastruttura u r-rizorsi u billi jibni relazzjonijiet tajbin ma' l-industriji.

Dwar it-tahrig ta' l-ghalliema l-Ministru Galea qal li bhalissa waslu f'nofs il-programm ta' tahrig l-ewwel grupp ta' ghalliema ta' l-MCAST. It-taqsima tat-tahrig ta' l-ghalliema vokazzjonali fi hdan l-istess kullegg toffri tahrig lill-ghalliema tal-kullegg bhala parti minn program ta' aggornament kontinwu li dahal ghalieh il-kullegg. Biex twettaq il-missjoni taghha, din it-taqsima ghandha l-appogg ta' l-'Edexcel/BTEC Vocational Teacher Framework'. L-ghalliema qed jinghataw kors li jwassalhom ghal certifikat rikonoxxut internazzjonalment.

Meta tkellem dwar l-investiment li sar fl-infrastruttura u r-rizorsi tal-kullegg, il-Ministru Louis Galea qal li f'dawn l-ahhar snin il-Gvern, permezz ta' l-MCAST irnexxielu isostni programm intensiv ta' bini u mmodernizzar ta' l-infrastruttura li kellu u fl-istess hin jinvesti fl-izvilupp ta' rizorsi godda bhal per ezempju il-librerija u 'resource centre' gdida. Il-kullegg investa ammonti kbar ta' flus biex jizviluppa facilitajiet u rizorsi ta' kwalita' f'kull skola li ghandu u minbarra l-kotba qed jinvesti wkoll f'rizorsi ohrajn li jippermettu lill-istudenti jitghallmu wahedhom. "Huma dawn il-hiliet li se jippermettu lil dawk li jiggradwaw mill-MCAST biex jibqghu aggornati fl-oqsma li jkunu ghazlu u sahansitra jimirhu f'oqsma godda li jkunu qed jizviluppaw. Dan ifisser vantagg ghalihom u ghal min ihaddimhom."

Il-Ministru Galea qal li t-tielet kolonna li fuqha l-kullegg irid jibni l-kwalita' ta' l-edukazzjoni li joffri hi r-relazzjonijiet ma' l-Industriji. Minn meta nfetah il-kullegg dan dejjem hadem biex ikollu rabtiet tajbin ma' l-industrija u dan wassal biex illum il-kullegg ghandu rabtiet mal-Lufthansa, Playmobil, Methode, Malta Shipyards is-settur tal-Farmacewitka u anke mal-Malta Enterprise. Il-Ministru qal li l-MCAST ghandu rwol importanti fl-izvilupp ta' l-ekonomija ta' pajjizna billi jipprovdi nies imharrga sew fl-oqsma li jkunu qed jizviluppaw fil-pajjiz u internazzjonalment biex b'hekk nigbdu lejna aktar investiment barrani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow