Left arrow Mur Lura

IMĦABBRA D-DETTALJI DWAR IR-REGOLAMENTI L-ĠODDA KONTRA R-RIMI TA’ SKART B’MOD ABBUŻIV (LITTERING REGULATIONS)

PR0968
Date Icon 28/06/2005

Ir-regolamenti l-ġodda kontra r-rimi ta’ skart b’mod abbużiv (Littering Regulations) ser jidħlu fis-seħħ għall-perjodu ta’ prova mill-1 t’Ottubru li ġej.  Dan il-perjodu ta’ prova ser ikun ta’ tlett xhur u r-regolamenti ser jidħlu fis-seħħ b’mod effettiv mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2006.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar ir-regolamenti l-ġodda.  

Dawn ir-regolamenti se jwasslu biex jiħraxu l-pieni kontra min jinqabad iħammeġ jew jarmi skart u għall-introduzzjoni ta’ gwardjani pajżana li se jkunu responsabbli mill-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti.  Il-flus li se jinġabru mill-infurzar tar-regolamenti ser imorru għand il-Kunsilli Lokali u fil-Fond għall-Ambjent.  George Pullicino qal li b’hekk, apparti l-interess li jżommu l-lokalitajiet tagħhom nodfa, il-Kunsilli Lokali se jibbenefikaw ukoll mill-flus li se jkunu ġġenerati.  

Il-Ministru Pullicino qal li minbarra l-ħsarat ambjentali, ir-rimi ta’ skart b’mod abużiv qed jiswa wkoll eluf kbar mit-taxxi tal-poplu.  Is-sena li għaddiet il-Gvern ġabar 16,000 tunnellata ta’ skart mormi illegalment b’nefqa ta’ nofs miljun lira.  Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena nġabru mas-7,000 tunnellata ta’ skart b’nefqa ta’ Lm200,000.  Hu qal li bin-nofs miljun lira li ntefqu s-sena l-oħra, il-Gvern seta’ jagħmel żewġ proġetti simili bħat-tisbiħ li sar fil-ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq.  

George Pullicino qal li minbarra li jintroduċi r-regolamenti l-ġodda l-Gvern ta importanza kbira lill-proċess ta’ konsultazzjoni u l-Gvern kien anke dispost li jittardja xi ftit l-introduzzjoni ta’ dawn ir-regolamenti biex ikun żgurat li l-partijiet kollha jkunu jafu fiex jikkonsistu dawn ir-regolamenti.   

Hu semma b’mod partikolari l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li kienet involuta mill-bidu nett ta’ dan il-proċess u ffurmat parti mill-Kumitat li twaqqaf biex jiġu implementati dawn ir-regolamenti.  Qabel ma l-pakkett kollu ġie mgħoddi u approvat mill-Kabinett, il-Kunsilli Lokali kollha ngħataw l-opportunita’ li jikkummentaw fuq dak li kien qed jiġi propost.  

George Pullicino qal li saru żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni speċifikament mas-Sindki ta’ Malta u Għawdex mill-Ministru sabiex jiġi spjegat lilhom il-ħsieb wara dawn ir-regolamenti u biex il-fażi konsultattiva tingħata dimensjoni aktar importanti.  

Il-Ministru George Pullicino qal li fil-ġimgħat li ġejjin se tibda kampanja intensiva ta’ informazzjoni li għandha l-għan li tinforma u teduka lill-poplu dwar dawn ir-regolamenti.  Hu appella biex kulħadd jikkopera għax dawn ir-regolamenti għandhom iwasslu għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar u biex tingħata dehra aħjar lil pajjiżna.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow