Left arrow Go Back

CD-ROM LI TIRREKLAMA LUKANDI ‘2’ U ‘3’ STAR

PR0964
Date Icon 27/06/2005

L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-Malta Hotels and Restaurants Association nidiet CD-ROM interattiva “ Malta : Hospitality at its best”, li tirreklama l-lukandi f’kategorija ta’ 3 u 2 Star, kif ukoll aparthotels u holidaycomplexes. Ic-CD-Rom fih ukoll informazzjoni dwar il-gżejjer Maltin. Minn din is-CD-ROM hemm link diretta mas-sit ‘visitmalta.com’. Dan hu s-sit uffiċjali ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech, nieda dan is-CD-ROM fil-Maritime Museum il-Birgu. Hu feraħ lill-MTA u l-MHRA għal din l-inizjattiva tagħhom li kienet ħolqa importanti fl-infrastruttura turistika f’Malta.  

“Mit-38,000 sodda li għandna fil-lukandi 16,000 huma kklassifikati fit-kategorija tat-tieni u t-tielet klassi. Dawn it-86 lukanda kienu ta’ kontribut importanti għas-settur turistiku billi kienu jipprovdu akkomodazzjoni importanti fil-low-budget accommodation sector għal min iżur pajjiżna,” qal il-Ministru Zammit Dimech.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li filwaqt li ma setax jiċħad li lukandi ta’ 3 u 2 stilel kienu qed jonqsu fl-istess waqt kienu qed jiftħu lukandi f’kategoriji oħra. Hu qal li f’lukandi ġodda u estensjonijiet qed isir investiment ta’ Lm73 miljun. Hu qal li mit-tnax il-lukanda ħamsa huma fil-kategorija ta’ 5 stilel, sitta fil-kategorija ta’ 4 stilel u waħda fil-kategorija ta’ 3 stilel.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li filwaqt li kien għaqli li ngħollu l-livell tal-lukandi f’pajjiżna kien importanti li nżommu taħlita tajba ta’ kmamar f’kull kategorija biex inkunu nistgħu nilħqu mal-ħtiġiet kollha ta’ dawk li jżuruna.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lill-MHRA u l-MTA għall-kollaborazzjoni li kien hemm bejniethom u awguralhom li jkomplu jsaħħu din il-kollaborazzjoni għaliex b’hekk biss is-settur turistiku  jkompli  jmur ’il quddiem.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow