Left arrow Go Back

ATTIVITÀ GĦALL-ANZJANI FIL-KASTELL TAL-VERDALA

PR0951
Date Icon 24/06/2005

Madwar 300-il anzjan residenti f’San Vincenz De Paul u fid-djar ta’ l-anzjani li hawn imxerrda madwar Malta , attendew attività organizzata mill-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann ta' Ġerusalem, SMOM, ġewwa l-Kastell tal-Verdala. 

Din l-attività saret taħt il-partoċinju tal-President ta’ Malta , l-E.T. Dott. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami. Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll l-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Helen D’Amato Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Dr Jaini Cremona, President ta’ l-Ordni u bosta membri oħra ta’ l-istess Ordni.    

L-attività kienet tikkonsisti f’Quddiesa ċċelebrata mill-Kappillan ta’ l-Ordni Mons. Dun Gwann Dimech, segwita minn riċeviment fil-bitħa prinċipali tal-Kastell. Il-banda SVPR allegraw lin-nies preżenti.  

Din kienet waħda minn serje ta’ attivitajiet li jittellgħu regolari għall-anzjani residenti fi djar ta’ l-anzjani u San Vinċenz.  

Fil-kummenti tagħha l-Onor D’Amato rringrazjat lill-E.T. il-President ta’ Malta ta’ l-istedina tiegħu fil-Kastell tal-Verdala; okkażjoni sabiħa li fiha l-anzjani setgħu jaraw il-Kastell, li għal bosta minnhom din kienet l-ewwel darba li żaruh. Hija rringrazjat ukoll lil l-iSMOM għal ħidma tagħhom fil-qasam ta’ l-anzjani.  

L-Onor D’Amato qalet li hu ferm importanti li l-anzjani tagħna jattendu għall-attivitajiet li jittellgħu regolarment sabiex huma jżommu ruħhom attivi u jħossu li għad għandhom posthom fis-Soċjetà, biex b’hekk jibqgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow