Left arrow Mur Lura

IL-KONSUMATURI GĦANDHOM JINGĦATAW INFORMAZZJONI KORRETTA U ĊARA DWAR IL-PREZZIJIET TAL-PRODOTTI GĦALL-BEJGĦ

PR0946
Date Icon 23/06/2005

“Il-konsumatur għandu d-dritt li jara l-prezz tal-prodott li jkun ser jixtri kemm fil-vetrina kif ukoll fil-ħanut” – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo  

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ifakkar lis-sidien tan-negozji kollha li għandhom id-dmir li juru l-prezzijiet fuq il-prodotti tagħhom.  Il-konsumaturi għandhom jingħataw informazzjoni korretta u ċara dwar il-prezzijiet tal-prodotti għall-bejgħ, biex b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom bi ħsieb.  Is-Segretarju Parlamentari saħaq fuq il-fatt li “il-prezz indikat irid ikun il-prezz finali tal-prodott, u jrid jinkludi l-VAT u t-taxxi u kull ħlas ieħor li huwa dovut. M’huwiex aċċettabli li jibqgħu jiġi ppreżentati prezzijiet li jindikaw prezz ta’ prodott mingħajr VAT li mbagħad magħhom irid jiżdied il-VAT.”  

L-Onor. Vassallo fakkar ukoll li negozjanti li jbiegħu direttament lill-konsumaturi li jridu:  

  • Juru l-prezz ta’ oġġetti għall-bejgħ b’mod ċar

  • Jagħmlu l-prezz fuq kull prodott li jkun offrut għall-bejgħ

  • Jaraw li kull prodott, kemm fil-vetrina u fil-ħanut, irid ikollu l-prezz immarkat, iżda jekk hemm kwantita` ta’ l-istess prodott għall-bejgħ, biżżejjed jekk il-prezz ikun prezenti fuq wiehed biss li ikun iservi ta’ kampjun.

  • Jaraw li l-prezz ikun indikat b’mod ċar, li jinqara b’mod faċli u li ma jkunx hemm konfuzjoni dwar il-prezz

Dawk li jbiegħu bl-ingrossa, jew bl-użin ukoll iridu jsegwu dawn ir-regolamenti.  F’dan il-każ, in-negozjanti jridu juru fuq il-prodotti:  

  • Il-prezz skond kwantita` partikolari tal-prodott

  • Il-prezz per unit, li għandu jkun il-prezz finali għall-kilo, litru, metru, jew metru kwadru tal-prodott.

Dawk in-negozjanti li jbiegħu prodotti f’pakketti lesti, inkluż ikel, iridu juru kemm il-prezz kemm qiegħed jinbiegħ dak il-prodott, kif ukoll il-prezz per unit.  

Meta jkun hemm ħlas addizzjonali għall-posta, ippakkettjar jew twassil ta’ prodotti, dan il-ħlas għandu jkun indikat b’mod ċar.  Kull indikazzjoni ta’ prezz trid tkun b’Lira Maltija.  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega li hemm sitwazzjonijiet ukoll fejn dawn ir-regolamenti ma japplikawx.  Dan huwa meta:  

  • Il-prodotti qegħdin jingħataw biex jerġgħu jinbiegħu, bħal fil-każ ta’ distributur li jbiegħ lil sid ta’ ħanut

  • Il-prodotti jinbiegħu waqt li jingħata servizz, bħal fil-każ ta’ restaurant

  • Il-prodotti jinbiegħu waqt irkant, jew fil-każ ta’ bejgħ ta’ arti jew antikitajiet

  • Jiġu rriklamati l-prodotti, ħlief meta l-prezz ikun indikat fir-riklam.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ għalhekk lis-sidien tal-ħwienet biex jaraw li dejjem ikunu konformi mal-liġi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow