LAQGĦAT BIEX IL-KONSUMATUR IKUN INFORMAT AĦJAR
Il-Ministeru Għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin ser jerga’ jniedi b’mod intensiv kampanja ta’ Edukazzjoni u Informazzjoni biex il-konsumatur Malti jkun aktar konxju mid-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu.
Uffiċjali mid-Direttorat inkarigat mill-Informazzjoni u Servizz lill-Klijent fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni, ser iżuru bosta Kunsilli Lokali fejn ser jagħmlu laqgħat fuq id-diversi ligijiet li jipproteġu lill-konsumatur.
Waqt dawn iż-żjarat il-pubbliku ser ikollu wkoll l-opportunita’ li jressaq id-diffikultajiet tiegħu u jingħata dak il-ħin l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa. Il-pubbliku hu mistieden jattendi għal dawn il-laqgħat li ser isiru fil-kunsilli lokali fil-ġranet u l-ħinijiet kif imnizzel fl-iskeda ta’ hawn taħt.
| Ġunju9.00am – 10.30am | 11.00am – 12.30pm |
| 23.6.05 | Valletta23.6.05 Floriana24.6.05 Ta' Xbiex Gzira30.6.05 Pieta' Msida30.6.05 Marsa Qormi |
Lulju
4.7.05 Kirkop Mqabba
4.7.05 Sliema San Ġiljan
6.7.05 Pembroke Swieqi
7.7.05 Hamrun
11.7.05 Sta. Venera B'Kara
13.7.05 Iklin Gharghur
14.7.05 Attard
14.7.05 Balzan Lija
18.7.05 Naxxar San Gwann
20.7.05 Mellieħa
21.7.05 Mosta
25.7.05 Dingli Rabat
27.7.05 Zabbar
27.7.05 Mtarfa Mdina
27.7.05 Safi
28.7.05 Zejtun Wied il-Għajn
28.7.05 Bormla
Settembru
1.9.05 Birgu
5.9.05 Tarxien
7.9.05 Fgura
7.9.05 Luqa Santa Lucia
12.9.05 Ghaxaq Gudja
14.9.05 Xghajra Kalkara
19.9.05 Zurrieq Qrendi
22.9.05 Zebbug Siggiewi
28.9.05 M'Xlokk B'Bugia
29.9.05 Raħal Ġdid
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946