IR-RIŻULTATI TAL-EŻAMI GĦAD-DĦUL FL-EWWEL SENA TAL-JUNIOR LYCEUM 2005
Id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni jixtieq ifakkar li l-istudenti se jirċievu r-riżultati tal-Eżami għad-Dħul fl-Ewwel Sena tal-Junior Lyceum 2005 id-dar.
Dawn ir-riżultati se jiġu mpustati l-Gimgħa, 24 ta’ Ġunju 2005 u se jkunu għall-wiri fl-uffiċċju tal-Kap ta’ l-Iskola minn nhar it-Tnejn, 27 ta’ Ġunju 2005. Dawk il-ġenituri li għal xi raġuni ma jkunux irċevew ir-riżultat id-dar, ikunu jistgħu jaraw ir-riżultat ta’ binhom/binthom wara li jippreżentaw il-karta ta’ l-identità tagħhom lill-Kap ta’ l-Iskola, minn nhar il-Tnejn, 27 ta’ Ġunju. L-ebda riżultat ma jingħata fuq it-telefon.
Wieħed jista’ jara dawn ir-riżultati fl-iskejjel (Statali u Privati) fejn il-kandidati qagħdu għall-eżami. Dawk il-kandidati li jkunu għamlu l-eżami fiċ-Ċentri Speċjali huma mgħarrfa li jistgħu jaraw ir-riżultat fl-iskola fejn kienu reġistrati oriġinarjament.
Ġenituri jew kuraturi ta’ kandidati li jixtiequ jitolbu reviżjoni tal-karti ta’ l-eżami msemmi għandhom jagħmlu dan billi jimlew formola ta’ l-applikazzjoni għar-reviżjoni fl-uffiċċju tal-Customer Care fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Furjana, jew fl-uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni, ir-Rabat, Għawdex, skond il-każ. Dawn il-formoli jistgħu jimtlew bejn it-8.00 ta’ fil-għodu u nofsinhar, minn nhar it-Tnejn, 27 ta’ Ġunju 2005 sa nhar it-Tnejn, 4 ta’ Lulju 2005. Applikazzjonijiet wara din id-data kif ukoll applikazzjonijiet bil-posta u/jew mhux fuq il-formola uffiċjali ma jiġux aċċettati.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946