Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA TIPPREŻENTA PROPOSTI GĦALL-‘WHITE PAPER’ DWAR L-NGOs

PR0934
Date Icon 21/06/2005

Il-Ministru Dolores Cristina qalet li l-leġislazzjoni għal NGOs hija waħda mill-prijoritajiet tal-Ministeru tagħha u wara ħidma intensiva issa hi se tressaq quddiem il-Kabinett, proposti għal ‘White Paper’ dwar sostenn għal dawn l-għaqdiet, u regolamentazzjoni tas-settur. B’hekk l-NGOs jitwaqqfu fuq bażi legali li ttiehom l-forza biex iwettqu xogħolhom bl-aħjar mod, filwaqt li l-klijenti tagħhom u l-pubbliku jkunu imħarsa aħjar.  Dawn il-proposti jieħdu in konsiderazzjoni l-punti mressqa mill-grupp ta’ rappreżentanti ta’ NGOs infushom.  

Il-Ministru kienet qegħda titkellem waqt okkażjoni ta’ għoti ta’ fondi lill-NGOs. Numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu fil-qasam soċjali, kull sena, jissottomettu l-proġetti tagħhom għall-evalwazzjoni biex jingħataw il-fondi. L- NGO Project Selection Committee li huwa appuntat mill-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali flimkien ma’ l-NGO Liaison Unit fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja jevalwaw il-proġetti li jkunu twettqu fis-sena preċedenti sabiex jallokaw il-fondi li jammontaw għal Lm720,000.

Beda l-proċess biex għal kull allokazzjoni finanzjarja jkun hemm ftehim bil-miktub ma’ l-NGO li jkun bbażat fuq outputs għas-servizz tal-klijenti.  Għalhekk il-ħlas isir skond kemm qed jinqdew il-klijenti bis-servizzi varji li l-NGO tkun qed toffri.  Din is-sistema tgħin sabiex jkun hemm aktar kontabilita’ kif jintużaw il-fondi pubbliċi a favur persuni bi bżonn ta’ appoġġ u ħarsien partikolari.

Il-Kumitat ikkonsidra 35 proġett differenti għas-sena 2005. Minn dawk li se jibbenefikaw, 3 huma proġetti ġodda, 22 qed jingħataw l-istess ammont  ta’ fondi bħas-sena l-oħra, waqt li 3 proġetti qed jingħataw żieda fuq l-2004. Uħud mill-għaqdiet li qed jibbenefikaw huma Richmond Foundation, Caritas, Foundation for Respite Care Services, il-proġett ta’ Villa Chelsea, il-YMCA, Fondazzjoni Suriet il-Bniedem-Dar Leopoldo, Ċentru Fidi u Ġustizzja, Fondazzjoni Wens, Jeanne Antide Home, Daritama, Razzett tal-Ħbiberija, Dar Merħba Bik u oħrajn. Hemm ukoll fondi approvati għal Moviment Kana, Eden Foundation Community and Inclusion Programme, European Anti-Poverty Network u l-Kummissjoni Emigranti.

Il-Pjan Nazzjonali Dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali jindika x’inhuma l-prijoritajiet u kif jitwettqu l-miri biex jitnaqqas il-faqar u tiżdied l-inklużjoni soċjali. Dan għandu jservi biex ikunu definiti aħjar il-parametri li fuqhom għandhom japplikaw l-NGOs.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow