Left arrow Mur Lura

CT SCANNER ĠDID FL-ISPTAR SAN LUQA

PR0930
Date Icon 20/06/2005

Nhar l-Erbgħa  15 ta’ Ġunju fl-Isptar San Luqa ġiet inawgurat CT Scanner ġdid li minnha se jgawdi l-poplu Malti kollu. Bħal f’kull okkażżjoni simili saret attività għall-media biex il-pubbliku Malti jkun infurmat dwar din il-faċilità ġdida li se tkompli ttejjeb is-servizz li jingħata fid-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar San Luqa. 

Kienet stramba li l-media li xxaqleb lejn l-Oppożizzjoni kienet assenti totalment.  Dan jistona ferm wara li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ddikjara li se jiffoka fuq is-Saħħa.  Kull min jaħdem fil-media mhux talli m’għandux joqgħod lura milli jinforma lill-pubbliku b’dak li jkun qed jiġri imma hu fid-dover li jkun lejali lejn il-publiku u jagħtih informazzjoni korretta.  

Is-CT Scanner ġdid li għadu kif beda jintuża jippermetti dianjożi aktar preċiża u f’iqsar żmien.  CTscan kienet tieħu bejn għoxrin u tletin minuta u issa dan se jibda jsir f’żewġ minuti b’riżultati ferm aħjar.  Is-sena l-oħra b’kollox saru 10,000 scan, tlett elef aktar minn ħames snin ilu.  Meta fi ftit ġimgħat oħra jibda jsir użu sħih minn din il-magna, jibdew isiru aktar scans, uhu previst li ż-żmien ta’ stennija jonqos għalkemm id-domanda għal dan is-servizz mistennija tiżdied.  

F’dawn l-aħħar snin id-Diviżjoni tas-Saħħa investiet ukoll fl-upgrading tal-MRI u f’żewġ magni ta’ l-ultrasound bi spiża ta’ madwar Lm700,000.  Dan l-investiment wassal biex fi tliet snin in-numru ta’ MRI’s tela minn 1346 f’sena għal madwar 5,000 u ultrasound minn 11,000 għal 15,353.  Fid-Dipartiment tar-Radjoljoloġija s-sena l-oħra saru 157,400 eżamijiet żieda ta’ 6,000 fuq is-sena ta’ qabel.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow