L-ATTIVITAJIET TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI TAL-FOLKLOR FI ĦDAN IL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-KULTURA GĦALL-IMNARJA 2005
PR0922
20/06/2005
Is-Sibt, 25 ta’ Ġunju 2005
10.00 hrs It-tħabbir tal-Bandu ta’ l-Imnarja – Triq ir-Repubblika, Valletta
19.00 hrs It-tħabbir tal-Bandu ta’ l-Imnarja – Imdina u Rabat
( Il-bandu qed jiġi ko-ordinat mis-Soċjeta’ Agrarja bl-għajnuna ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu)
It-Tlieta, 28 ta’ Ġunju 2005
| 16.30 hrs | Tberik tal-Wirja Agrarja fil-Ġonna tal-Buskett. |
| 20.00 hrs | Karettuni mżejjna b’mod tradizzjonali u għannejja jieħdu sehem f’defile’ li tibda minn ħdejn il-Bieb ta’ Verdala u ddur il-Ġonna tal-Buskett |
| 20.00hrs | Marc mill-Banda Konti Ruggieru tar-Rabat madwar il-Ġonna tal-Buskett |
| 21.00hrs | Programm Muzikali fuq il-Palk mill-Banda Konti Ruggieru tar-Rabat |
| 21.00hrs | Sezzjonijiet ta’ għana mill-uħud mill-għannejja magħrufa quddiem il-kamra ta’ l-Agrarja fil-Gonna tal-Buskett. Attivita’ li tibqa għaddejja tul is-serata kollha. |
| 21.30hrs | Jibda programm ta’ varjeta’ fuq il-Palk prinċipali bil-parteċipazzjoni ta’ John Muscat, il-grupp folkloristiku Għawdxi Menħir, Joe Demicoli, Ringu, Benny u Tonia u diversi għannejja magħrufa. Il-varjeta’ tibqa’ għaddejja sas-1 ta’ filgħodu. |
L-Erbgħa, 29 ta’ Ġunju 2005
| 06.30 hrs | Quddiesa fuq l-Għar tal-Ġonna tal-Buskett u wara jinfetħu l-wirjiet Agrarji u jkun hemm il-kompetizzjonijiet. |
| 10.00 hrs | Marċ mill-Banda L’Isle Adam tar-Rabat madwar il-Ġonna tal-Buskett |
| 10.15 hrs | Programm ta’ għana fuq il-Palk Prinċipali |
| 11.05 hrs | Programm mużikali mill-Banda L’Isle Adam tar-Rabat fuq il-Palk |
| 16.30 hrs | It-Tiġrijiet tradizzjonali ta’ l-Imnarja – Triq it-Tiġrija, Rabat |
| 19.30 hrs | Programm mużikali mill-Banda L’Isle Adam tar-Rabat, Saqqajja, Rabat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946