DIBATTIUTU FIL-PARLAMENT DWAR ABBOZZ ĠDID TA’ LIĠI DWAR L-ARMI
Għada it-Tnejn 20 ta’ Ġunju ser jibda d-dibattiutu fil-Parlament dwar abbozz ġdid ta’ Liġi dwar l-Armi li għadu kif ġie ippublikat.
Dan l-abbozz li kien il-frott ta`diskussjonijiet ma’ l-għaqdiet li għandhom x`jaqsmu mal-kollezzjoni ta` armi, u oħrajn li jużaw l-armi biex jipparteċipaw fi sport lokali u internazzjonali. Ir-regoli l-ġodda għandhom il-vantaġġ illi waqt li jsaħħu idejn il-Pulizija kontra l-abbużi, jiffaċiltaw iktar lill-isportivi u kolletturi in buona fede.
L-innovazzjonijiet prinċipali huma dawn:
| (a) | regoli iktar liberali għal min jeżerċita l-isport ta` l-isprar. Hija parti mill-politika tal-Gvern illi sparar fuq plattini u targets oħra f`shooting ranges liċenzjati jiġi inkorraggit; mhux biss minħabba il-parteċipazzjoni ta` sportivi Maltin f`kompetizzjonijiet iżda anki sabiex min iħobb dan l-isport ma jkollux għalfejn jirrikorri għal sparar fuq tjur; |
| (b) | Basta l-isparar isir f` ranges awtorizzati, it-tip ta` armi li jistgħu jintużaw qed jiġu estiżi minn dak li hu illum iżda l-Kummissarju jista` jimponi limitu fuq in-numru ta` armi li jistgħu jinżammu minn kull persuna għal dan l-iskop; |
| (c) | Żgħażagħ sportivi li sal-lum ma setgħux jipparteċipaw f`ebda sparar se jkunu jistgħu, taħt supervizjoni, jaddestraw ruħhom f`dan l-isport basta għandhom sittax-il sena u b`armi ta` kategoriji limitati; |
| (d) | Il-kolletturi se tinħarġilhom liċenzja speċjali u jistgħu jkollhom fil-possess tagħhom armi antiki li ser jiġi deskritti bħala armi illi ġew manifatturati qabel it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija cioe` sa` l-aħħar tas-sena 1945. |
| (e) | Twaqqaf il-Bord dwar l-Armi li fuqu se jkunu rappreżentati għaqdiet tal-Gun Lobby, il-Federazzjoni tal-`shooters`` u għaqdiet tal-kaċċa li jagħtu parir fuq il-ħrug ta` liċenzji għall-kolletturi, u anki dwar għoti ta` liċenzji sabiex wieħed iżomm jew iġorr arma tan-nar f`Malta |
| (f) | Kompetituri barranin se jingħataw il-faċilita` sabiex jipparteċipaw f`kompetizzjonijiet lokali f`Malta, kif ukoll qed jiġu faċilitati avvenimenti ta` rikostruzzjoni storika b`użu ta’ armi antiki. |
| (g) | Kull min hu f`pussess legali ta` arma tan-nar qabel ma` jidħol fis-seħħ dan l-abbozz jibqa` regolat bil-liġi l-antika; |
Il-Minsiteru tal-Ġustizzja u l-Intern jieħu din l-okkażjoni biex jirringrazzja lill-għaqdiet kollha li taw sehemhom sabiex Malta ukoll ikollha liġi moderna dwar l-armi illi fl-istess waqt tħares id-drittijiet tas-soċjeta` u l-ordni pubbliku, u l-interessi ta` kollezjonisti u sportivi Maltin.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946