Left arrow Mur Lura

ĊAĦDA KATEGORIKA LI R-RAPPORT TAL-KUNSILL TA’ L-EWROPA SAB LILL-GVERN MALTI ĦATI DWAR KAŻI TA’ TORTURA

PR0919
Date Icon 19/06/2005

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għall-artiklu li deher f’sezzjoni ta’ l-istampa bit-titlu ‘Il-Gvern Malti ħati ta’ tortura’.  Mingħajr dubju dan hu titolu infondat bl-iskop uniku li jkun sensazzjonali.  Fil-fatt, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jiċħad bl-iżjed mod kategoriku u qawwi li r-rapport tal-Kunsill ta’ l-Ewropa sab lill-Gvern Malti ħati dwar każi ta’ tortura – it-titlu ta’ dan ir-rapport huwa fabrikazzjoni qarrieqa intiża biss biex tattakka l-Gvern, bl-iżjed mod inġust, fuq il-problema nazzjonali ta’ immigrazzjoni irregolari.   

Din il-problema kumplessa li qed tiġi indirizzata mill-Gvern fuq bosta fronti, inkluż it-twaqqif ta’ Task Force, li tinkludi fiha rappreżentanti ta’ l-Oppożizzjoni u ta’ Għaqdiet Mhux Governattivi li qed tifformula strateġija nazzjonali fuq din il-problema kbira li qed tifni bosta pajjiżi oħra ferm akbar u iktar b’saħħithom minna.  Inċidentalment, f’dan l-istess artiklu ntqal li l-Gvern daħaq bl-NGO’s għax f’din it-Task Force ‘hemm membri biss żewġ organizzazzjonijet li t-tnejn huma tal-Knisja’.  Din l-aħbar falza hija prova oħra li l-iskop ta’ dan l-artiklu mhux wieħed sinċier għax fil-verita’ ż-żewg rappreżentanti ta’ l-NGO’s Maltin, li l-Gvern japprezza ħafna l-ħidma kbira tagħhom f’dan il-qasam, intgħażlu mill-għaqdiet infushom mingħajr ebda indħil mill-Gvern.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern diga` ddikajra, illi għalkemm ma għandu ebda obbligi legali li jippublika dan ir-Rapport, hu sejjer, kif dejjem għamel fil-passat, jippublika dan ir-rapport tal-Kunsill ta` l-Ewropa. Dan ser jagħmlu mhux biss għax dejjem sar hekk iżda anki minhabba l-fatt li l-Gvern m’għandux x’jaħbi minn tali rapporti, li konsistentament jagħmlu referenza għall-progress li sar f’dan il-qasam.  

Il-Gvern qed iħejji r-rapport finali tiegħu b`risposta wara li diga` bagħat l-ewwel rapport tiegħu, u beħsiebu jippublika fil-gimgħat li ġejjin kemm ir-rapport tal-Kunsill ta` l-Ewropa kif ukoll ir-rapporti tiegħu bi tweġiba.   

Ta` min wieħed igħid li f`dal-qasam sar progress kbir partikolarment fit-tnaqqis taż-żmien li l-proċess ta’ determinazzjoni ta’ l-istatus ta’ rifuġjat qed jieħu kif ukoll fil-bini ta’ ċentri ġodda li joffru kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni aħjar, mindu Malta bdiet tiġi ffaċċjata b’din il-problema fl-2002. Dan huwa fatt li ġie nnotat u apprezzat anki minn bosta għaqdiet internazzjonali li żaru Malta dan l-aħħar inkluż il-fatt illi r-rata ta` approvazzjoni hija ta` 60%, hija waħda mill-ogħla fl-Ewropa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow