Left arrow Mur Lura

ATTIVITA’ BI SKOP FILANTROPIKU

PR0915
Date Icon 17/06/2005

Il-Young Talent Team qed jorganizza l-festival “Heart of Gold” fil-parkeġġ tar-Razzett tal-Ħbiberija f’Marsaskala nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Awissu. Id-dħul kollu minn dan il-festival – li jinkludi d-dħul mill-biljetti tad-dħul, mill-album tad-diski li qed jittella’ mill-kantanti li qed jieħdu sehem fil-festival u mill-bejgħ mill-istands ser jinqasam bejn l-erbatax-il dar residenzjali tal-Knisja mmexxija minn Dun Victor Zammit McKeon fejn jgħixu ’l fuq minn 300 tifel u tifla u r-Razzett tal-Ħbiberija fejn jattendu ‘l fuq minn 1,000 persuna b’diżabilita’.

F’dan il-festival se jipparteċipaw l-Avukat Gawdenz Bilocca, Hooligan, Olivia Lewis, Debbie Scerri, Joe Demicoli, Ozzy Lino, Glenn Vella, Nadine Axisa, Priscilla Psaila, Maronia Attard, DJ Banana, Aldo Busuttil, Vittorio Gauci, William ‘Elvis’ Taylor, Yada Dance Company, Nova Productions, Rebecca u l-live band immexxija minn Andrew Zammit. Se jipparteċipaw ukoll artisti internazzjonali fosthom Cory Spedding u d-DJs Ingliżi Wayne Cubitt u Dan Hall u l-kantant minn Ċipru Marios Tofi. Se jkun hemm ukoll Pippo the Clown u Chimpy, ix-xadina tiegħu flimkien ma’ wirja tal-ġinnastika mill-Gymstars. Fil-post se jkun  hemm diversi stands ta’ souvenirs, ikel u xorb.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda dan il-festival. Hu rringrazzja d-diversi sponsors fosthom l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li tat l-għajnuna kbira tagħha biex dan seta’ jiġi organizzat. Il-Ministru Zammit Dimech tenna li attivitajiet bħal dawn li jsiru b’risq għaqdiet filantropiċi kienu jpoġġu s-solidarjeta’ fil-prattika u joħorġu l-kobor tal-poplu Malti li kien kapaċi jieqaf ma’ dawk bi bżonnijiet speċjali jew li huma inqas ixxurtjati minn ħaddieħor.

“L-inizjattiva tal-Young Talent Team turi li anke meta ħaddieħor jkun qed jieħu l-vaganzi tiegħu hemm min ikun qed jaħseb fil-ħtiġiet ta’ ħaddieħor. Ikun hemm minn qed jagħti ħinu biex inaqqas mit-tbatijiet ta’ ħaddieħor u jikkontribwixxi biex titnissel tbissima f’ħaddieħor,” tenna l-Ministru Zammit Dimech li ħeġġeġ lil kulħadd biex jixtri l-biljetti għal din l-attivita’. Hu stieden lil Andrew Zammit biex jispjega l-album “Heart of Gold” b’mod speċjali l-ħolqien tal-kanzunetta li ġġib l-istess titlu. Il-Ministru Francis Zammit Dimech stieden ukoll lill-media biex jagħtu mportanza lid-DVD “Heart of Gold” ħalli huma wkoll jkunu jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom għal din l-attivita’ filantropika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow