ŻJARA LILL-KUMPANIJA ARROW PHARM ( MALTA ) LTD.
Arrow Pharm ( Malta ) Ltd., kumpanija tal-farmaċewtika li topera f’Malta, ħabbret li kisbet l-awtorizzazzjoni biex tkun tista’ timmanifattura prodotti farmaċewtiċi lejn l-Istati Uniti. Dettalji dwar dan tħabbru minn uffiċjali ewlenin tal-kumpanija Arrow Pharm, waqt żjara li l-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni għamel f’din il-kumpanija.
Dr Paul Harrison, id-Direttur Maniġerjali ta’ l-Arrow Pharm ( Malta ) Ltd, li bdiet topera f’Malta fl-2003, fisser li dan iċ-ċertifikat ser ikun ifisser li l-kumpanija ser tkompli tespandi. Huwa fisser li l-industrija tal-farmaċewtika f’Malta qed tkompli tissaħħaħ u l-kisba ta’ din iċ-ċertifikazzjoni jirrappreżenta l-kwalità għolja tas-settur tal-manifattura tal-farmaċewtika f’pajjiżna.
Minn naħa tiegħu l-Ministru Austin Gatt semma l-fatt li bħalissa f’Malta hawn ‘l fuq minn 450 delegat li ser jattendu konferenza f’Malta li ser tittratta s-settur tal-farmaċewtika. Huwa qal li l-preżenza ta’ daqstant delegati minn madwar id-dinja f’Malta tikkonferma li l-importanza ta’ Maltaf’dan il-qasan qegħda tikber.
Il-Ministru Austin Gatt semma wkoll il-ħidma kontinwa li qed issir ma’ l-istituzzjonijiet akkademiċi biex Malta tkun tilqa’ għall-opportunitajiet ġodda li dan is-settur qiegħed dejjem joffri.
Il-kumpanija Arrow Pharm hi parti mill-grupp internazzjonali Arrow Group li beda jopera fis-sena 2000. L-operazzjonijiet f’Malta bdew fl-2003 u bdiet tħaddem 18-il impjegat. Illum il-kumpanija timpjega ‘il fuq minn 40 persuna.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946