Left arrow Mur Lura

COMPUTERS GHAL KULĦADD

PR0899
Date Icon 15/06/2005

Erbgħa u għoxrin membru ta’ l-GRTU ser jipparteċipaw fil-programm ta’ inizjattivi HelloIT u qed joffru diversi offerti – fosthom kompjuters, printers, scanners,projectors, u anke taħriġ bi prezz għal kulħadd u b’offerti sostanzjali. Dettalji dwar din l-inizjattiva tħabbru waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-kwartieri tal-GRTU, il-Belt Valletta.

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknologija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt spjega li din l-inizjattiva tidħol taħt il-kappa ta’ inizjattivi magħrufa bħala HELLO IT. “Din l-inizjattiva li qed inniedu llum tiffoka fuq il-parteċipazzjoni ta’ bejjiegħa lokali u internazzjonali biex jagħmlu offerti ta’ apparat ta’ teknoloġija ta’ kwalità.  Dan l-apparat ikopri kompjuters jew apparat ieħor relatat.”  

Inizjattivi biex kulħadd ikollu l-aqwa teknoloġija u jgawdi mill-għodod l-aktar riċenti huwa ta’ importanza enormi jekk wieħed irid bis-serjetà jindirizza l-firda bejn dawk li jieħdu u dawk li ma jieħdux sehem fis-soċjetà diġitali. Il-Ministru Austin Gatt tkellem dwar il-periklu li l-kumplessità fl-aċċess għat-teknoloġija tista’ twassal biex tkabbar l-inugwaljanzi bejn diversi gruppi, minħabba d-diverġenzi fis-sitwazzjonijiet ekonomiċi u soċjali ta’ l-individwi.   

Il-Ministru Gatt spjega li minkejja li l-istatistika hija inkoraġġanti – ir-rata ta’ kompjuters fid-djar hija ta’ ‘l fuq minn 50%, u l-abbonamenti ta’ l-Internet fuq teknoloġija broadband laħqu 37,804 sa Marzu 2005 (fil-waqt li dawk narrowband huma 49,346) – hemm dak il-persentaġġ li għad ma kellux il-ħajra jew il-mezz biex jixtri kompjuter u abbonament għall-Internet. 

Il-Ministru Gatt qal li l-Gvern qed jindirizza l-firda diġitali fuq tlett binarji – kemm b’kampanji informattivi u trawwim ta’ kuxjenza,  b’investiment biex jiżdied l-aċċess u tikber l-applikazzjoni ta’ teknoloġija ġdida għal għanijiet soċjali, u b’xelta vasta ta’ hardware, software u abbonamenti ta’ l-Internet bi prezzijiet raġjonevoli għall-but ta’ kulħadd.  

Il-Ministru Gatt qal li l-membri tal-GRTU għarfu li huwa ta’ benefiċċju li jissieħbu ma’ din l-inizjattiva. Għarfu kemm huwa importanti li tiżdied l-esperjenza diretta mat-teknoloġija minn ħafna nies – din għandha riperkussjonijiet kbar fuq il-ħajja personali, il-ħajja tax-xogħol, il-kultura tal-pajjiż, l-edukazzjoni u anke d-divertiment.  

Il-Ministru Austin Gatt kompla li qed nimmiraw li nkunu fuq quddiem nett f’eċċellenza diġitali b’servizzi pubbliċi personalizzati u effiċjenti, billi jiġu protetti l-konsumaturi mill-perikli tad-dinja diġitali, li jintużaw it-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni biex titnaqqas l-esklużjoni soċjali, li ngħaqqdu l-informatika ma’ l-edukazzjoni, u li nassiguraw li Malta tkun fost l-ewwel pajjiżi li jirnexxielhom jagħlqu l-firda diġitali.  

Dr Austin Gatt qal li dawk li qed jipparteċipaw ser jibdew joffru wkoll lill-klijenti tagħhom il-materjal kollu relatat mal-kors MYWEB. Minbarra dan il-bejjiegħa tal-hardware jkunu jistgħu jbiegħu l-pakketti tas-software li hemm bħalissa taħt l-inizjattiva tal-Microsoft Software għall-istudenti.

Is-Sur Vince Farrugia, Direttur Generali tal-GRTU, tkellem dwar il-hidma tal-GRTU, li ntensfikat ruhha din is-sena biex tirrapprezenta firxa aktar wiesgha ta’ intraprizi. Huwa qal li jistima li s-settur ta’ l-ICT illum jimpjega ‘l fuq minn 3000 ruh. Vince Farrugia kompla billi qal li l-GRTU kienet minn ta’ quddiem biex jkun hemm penetrazzjoni u firxa akbar tat-teknologija.  

Is-Sur Joe Tabone, President tas-Sezzjoni ta’ l-IT&T, esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-ħidma tal-Gvern fil-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni. Huwa fisser li l-inizjattiva ser tara lill-membri tat-taqsima ta’ l-IT&T fil-GRTU,  joffru roħs fil-prezzijiet li permezz tagħhom il-computers u oġġetti oħra li qed jiġu offerti jkunu jistgħu jinkisbu minn kullħadd.  

Il-Viċi president tal-GRTU, Marcel Mizzi, tkellem dwar is-sodisfazzjon tiegħu li l-kumpaniji kollha f’dan is-suq jingħaqdu. Marcel Mizzi kompla li permezz ta’ dawn l-offerti l-kljienti ser jkunu jistghu jibbenfikaw minn offerti li jinkludu computers taħt il-Lm260 lira u Laptops taħt it-Lm300.  

Il-kumpaniji li qed jipparteċipaw huma:  

Falcon 2000 Ltd. -  Formaco Ltd/Sharper Image - Compunet Ltd
Digitone Computers General Informatix Ltd. - DIX Company Ltd
Techstore Ltd - VSS Ltd. - Datax Computer Centre  - DataSolv Ltd
PC Options Ltd T/A Scan Computer - Supertronic Systems
Compex Computer Training Centre - Electronic Solutions
A to Z Electronics Ltd - Merlin Computers Ltd – Sirap Ltd.

Electronics Products Ltd - Tabone Computer Centre Ltd
Technoworld-Comprod Ltd - Multi-Net Co Ltd - Micro Media Ltd 
PC Source  ltd - Bits & Bytes - Micro Technology Consultancy Ltd

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow