AVVIŻ MID-DIPARTIMENT TAT-TAXXI INTERNI RIGWARD PAGAMENT TA’ INCOME MINN INVESTIMENT BARRANI
Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jixtieq javża li d-data biex financial intermediary awtorizzat ikun jista’ jiġbor u jħallas t-taxxa hekk miġbura rigward pagament ta’ income minn investiment barrani li jikkwalifika għall-ħlas tat-taxxa finali ta’ 15 fil-mija, qed tiġi mibdula mit-30 ta’ April għat-30 ta’ Ġunju li jaħbat wara s-sena li fiha jkun sar il-pagament ta’ income minn investiment. Għalhekk dawn l-arranġamenti jridu jsiru sat-30 ta’ Ġunju, 2005 rigward pagamenti ta’ income minn investiment barrani li saru fl-2004.
Dawk li ma kienux regolari fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħhom u ma irregolarizzawx il-pożizzjoni tagħhom permezz ta' l-Investment Registration Scheme jibqgħu obbligati li d-dħul imsemmi jiddikjarawh fil-formula tat-taxxa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946