IL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ JIFFIRMA TRATTAT TA’ KOPERAZZJONI MAL-MINISTERU TAS-SAĦĦA TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA
Bħala parti mill-kampanja li qed jagħmel id-Dipartiment tat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, din il-ġimgħa għaddejja ħidma biex titnaddaf żona industrijali oħra f’Ta’ Qali, magħrufa aħjar bħala l-Villaġġ ta’ l-Artiġġjanat. Minbarra li ammont kbir ta’ nies jaħdmu f’din iż-żona, fl-istess waqt numru sostanzjali ta’ turisti jżuru dawn l-inħawi minħabba l-attrazzjoni ta’ ħwienet partikolari li jimmanifatturaw u jbiegħu xogħol ta’ l-artiġġjanat Malti.
Waqt żjara li għamel fuq il-post, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit flimkien mas-Segretarju Parlamentari għan-Negozji ż-Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo, raw ix-xogħol ta’ tindif li qed isir f’dan il-villaġġ.
Il-Ministru Zammit spjega li biex jitnaddaf dan is-sit, ġew assenjati għaxar ħaddiema u jkopru żmien ta’ madwar hamest ijiem, barra l-ispiża ta’ l-inġenji. Il-Ministru tenna li hija ħasra li wara li dan l-istess sit kien tnaddaf tmien xhur ilu, propju f’Ottubru tas-sena l-oħra, il-post reġa’ mtela’ b’madwar 20 tunnellata ta’ skart illegali u materjal ieħor. Għaldaqstant hu evidenti li dawn ir-riżorsi qegħed jerġgħu jintużaw għall-istess post kawża ta’ nies irresponsabbli li jarmu l-iskart tagħhom f’postijiet mill-iktar inadekwati.
Mill-bidu tas-sena, id-Dipartiment tat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ħadem fuq żewġ żoni industrijali oħra, dik f’Tal Ħandaq u fl-Imrieħel. B’kollox l-ammont totali ta’ materjal miġbur jammonta għal madwar 400 tunnellata.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo irrefera għall-proġett tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat u qal li l-preparamenti għall-implimentazzjoni tal-proġett jinsabu fi stadju avvanzat. L-Għan tal-Gvern hu biex iż-żoni ndustrijali jiġu organizzati u msebbħa kemm għall-aspett ekonomiku kif ukoll għal dak soċjali u turistiku.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946