Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. TONIO BORG, VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN, FIL-FTUĦ TAL-KONFERENZA TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI DWAR IL-KOSTITUZZJONI EWROPEA – SAN ĠILJAN

PR0883
Date Icon 14/06/2005

Wasal fi stadju avvanzat ħafna x-xogħol fuq il-proġett ta’ l-iskola primarja ta’ Ħal Luqa.  “ Meta l-proġett jitlesta jkun fisser li l-iskola kollha tkun inbniet mill-ġdid minbarra l-faċċata l-antika li għandha arkitettura u estetika sabiħa. 

Filwaqt li f’Settembru li ġej it-tfal u l-ġenituri ta’ Ħal-Luqa se jkollhom skola kompletament ġdida, l-iskola se tkun tkabbret u se jkunu żdiedu l-faċilitajiet u l-ispazji li għandha l-iskola.  Sa l-aħħar tas-sena 2005, il-komunità ta’ Ħal-Luqa se jkollha wkoll skola b’sala għall-kommunita’ mgħammra bl-apparat kollhu meħtieġ.”  Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea meta dalgħodu żar l-iskola primarja ta’ Ħal-Luqa.  

L-Iskola ta’ Ħal-Luqa inbniet ħamsa u sebgħin sena ilu fl-1930. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazjoni ftit snin ilu ħasbet biex tkabbar din l-iskola ħalli tkun tista tilqa` fiha aktar studenti fil-kindergarten u l-primarja; u biex jitjiebu u jitkattru l-faċilitajiet.  Il-proġett beda taħt id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u meta twaqqfet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, dan il-proġett għadda f’idejha.  Fi żmien sentejn, il-proġett se jkun tlesta kompletament.   

Biex seta’ jseħħ dan il-proġett, l-iskola kella titwaqqa kważi kollha u tinbena mill-ġdid.  Fil-fatt kull ma’ għad baqa’ mill-bini l-antik hu l-qoxra tal-faċċata.  Meta jitlesta dan il-prġett, l-iskola ta’ Ħal-Luqa se jkollha 24 klassi ġdida, kindergarten mill-isbaħ, uffiċini għall-amministrazzjoni ta’ l-iskola, librerija publika, klinika, kmamar għar-riżorsi (resource rooms), kmamar għall-għalliema, kmamar speċjali għall-mużika u d-drama, kamra għax-xjenzi, kamra għall-arti u s-snajja, faċilitajiet sanitarji, lift, rampi u xogħol ieħor marbut ma’ l-aċċessibilità.  Qed isir xoghol importanti biex l-iskola jkollha faċilitajiet rikreattivi sbieħ, ġonna, u sala għall-kommunità li tiflaħ 300 persuna. Kellha tinbena wkoll sub-station biex tlaħħaq mad-domanda tad-dawl elettriku  ta’ l-iskola l-ġdida.  

Ix-xogħol fuq dan il-proġett issa wasal fl-aħħar stadji tiegħu,  fejn tlestew il-maġġor parti tax-xogħlijiet, fl-area  fejn bħalissa m’hemmx tfal jattendu l-iskola. Hekk kif jibdew il-vakanzi tas-sajf, jkun jista jsir l-aħħar xogħol biex l-iskola kollha tkun lesta għas-sena skolastika li jmiss.  Fil-fatt bdew ukoll xogħlijiet fuq il-ġnien u l-hajt ta’ quddiem l-iskola, li huma parti mill-aħħar fażijiet tax-xogħol li jrid isir.  

Il-Ministru Louis Galea qal li l-Gvern ser ikun għamel f’Ħal Luqa wieħed mill-isbaħ monumenti tiegħu – skola ġdida b’ambjent ta’ l-aqwa kwalita`. “Din hi eżempju ieħor ta’ x’jifhem il-Gvern meta jgħid li jrid li l-iskejjel kollha tiegħu isiru ta’ ‘standards’ u jkollhom it-titolu ta’ Skejjel ta’ Għada.  It-tfal tagħna jieħdu r-ruh f’ambjenti li huma nodfa, imdawwlin, ikkuluriti u sbieħ.  Aħna rridu li t-tfal jiġu ferħanin l-iskola għax isibu l-aqwa faċilitajiet ta’ tagħlim, logħob u kreattività.”  

Il-Ministru Galea fisser li l-ambjent fiżiku hu wieħed mill-elementi bażiċi għal edukazzjoni ta’ kwalità.  “L-ambjent hu l-ewwel għodda sew għall-għalliema kif ukoll għat-tfal.  Iżda l-ambjent hu biss il-bidu ta’ l-esperjenza edukattiva.  Is-suċċess ta’ uliedna jiddependi mill-imħabba, l-għozza u l-kura li jagħtu l-ġenituri u l-għalliema”.  Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni temm jgħid li hekk kif il-Gvern qed iġedded l-ambjent fiżiku ta’ l-iskejjel, irid ukoll li jġedded is-sistemi tat-tagħlim u ta’ tmexxija fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow