TALKS ON PROPOSED DRAFT AGREEMENT ON MUTUAL LEGAL ASSISTANCE IN CRIMINAL MATTERS BETWEEN THE PEOPLE’S REPUBLIC OF CHINA AND MALTA
Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni l-Onor. Alfred Sant huwa ghal darb’ohra mitlub biex jekk jissuspetta li fil-privatizzazzjoni ġrat xi skorrettezza minn xi ħadd, jinvestiga u jivverifika s-suspett tiegħu permezz tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament; inkella jieqaf jagħmel allegazzjonijiet bla bażi.
Il-kummenti tal-bieraħ tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni huma episodju ieħor f’sensiela twila ta’ diskorsi fl-ajru.
Dwar is-Sea Malta , l-Onor. Alfred Sant “għamilha ċara li l-Partit Laburista ma jaqbilx ma’ dak li qed isir. Il-Mexxej Laburista għamilha wkoll ċara li jekk meta l-Partit Laburista jkun fil-Gvern, isib li kien hemm xi ħadd li kellu responsabbiltà personali għal tbagħbis, jara l-provi xi jkunu u jipproċedi kontra min ikun għamel affarijiet li ma kellhomx isiru.”
Dan hu diskors irresponsabbli minn xi ħadd li llum, u mhux meta l-Partit ta’ l-Oppozizzjoni jkun fil-Gvern, għandu s-setgħa kollha jara hemmx “tbagħbis” u jivverifika xi prova jista’ jkun hemm. Għal darb’oħra, il-Gvern jisħaq li d-diskors tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni huwa mmirat biss biex jimmina l-proċess ta’ privatizzazzjoni – imminar li jpoġġi f’aktar periklu lill-kumpanija u lill-ħaddiema tagħha.
L-Oppożizzjoni tmexxi l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament u għandu l-poter jistħarreġ, jew juża r-riżorsi ta’ l-Awditur Ġenerali biex jistħarreġ, kull suspett ta’ azzjonijiet finanzjarji mhux flokhom, f’kull parti tal-Gvern jew kull kumpanija proprjetà tiegħu.
Biex jagħmel dan, l-Onor. Alfred Sant m’għandux għalfejn jistenna li l-partit tiegħu ikun fil-Gvern u jista’, malli ssir il-privatizzazzjoni, jinvestiga jew iqabbad min jinvestiga kull suspett li jista’ għandu, fuq kull min għandu responsabbiltà personali ta’ xi tbagħbis jew xi azzjoni li xort’oħra mhux flokha.
Dan il-fatt diġà kien konstatat mill-Gvern fi stqarrija aktar kmieni, bi tweġiba għal episodju ieħor minn sensiela ta’ tfigħ tat-tajn lejliet il-konklużjoni tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tas-Sea Malta .
Minkejja dan, l-Onor. Alfred Sant injora l-invit tal-Gvern biex il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni jistħarreġ li jrid u li jogħġbu, jew li ma jogħġbux fil-Kumitat Parlamentari li jikkontrolla hu bħala Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Izda, l-Onor. Alfred Sant jippreferi jiskarta l-verità li għandu aċċess għaliha u li jista’ jivverifika; u minflok, iċajpar b’allegazzjonijiet bla bażi u theddid fieragħ.
Il-Gvern għal darb’oħra jtenni li f’soċjetà demokratika, l-Onor. Alfred Sant għandu d-dmir ifittex li jsib il-verità, u mhux li jidfinha taħt ir-radam tal-fantasija tiegħu. Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni għadu jippersisti fl-insulti għall-intelliġenza tal-poplu billi jpinġi stejjer ta’ tbagħbis u allegazzjonijiet infondati, fuq sfond li jkun totalment ‘l bogħod minn dak li jsemmi hu.
Il-Gvern jerġa’ u ser jibqa’ jisfida lill-Onor. Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppozizzjoni, biex jissostanzja l-allegazzjonijiet tiegħu u juża r-riżorsi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jagħmel dan. Fin-nuqqas ta’ dan, l-Onor. Alfred Sant ma jkun qiegħed jagħmel xejn ħlief jibqa’ jitfa’ t-tajn.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946