INVESTIMENT KBIR BIEX IKOMPLI JISSAĦĦAĦ U JKUN IMMODERNIZZAT IS-SETTUR AGRIKOLUINVESTIMENT KBIR BIEX IKOMPLI JISSAĦĦAĦ U JKUN IMMODERNIZZAT IS-SETTUR AGRIKOLU
Il-Gvern qed ikompli jagħti xhieda ta’ l-impenn tiegħu bil-fatti lis-settur agrikolu bit-tħabbir ta’ għajununa finanzjarja mill-Unjoni Ewropea taħt il-miżura 3.2 tal-Programming Complement, imsejħaMarketing and Processing. Permezz ta’ din il-miżura qed ikun assigurat li jsir investiment li kieku hu diffiċli ferm li kien isir. Din il-miżura se twassal biex ikun sar investiment totali ta’ €4.6 miljuni għas-snin 2004 sa’ l-2006 li nofshom se jkunu ffinanzjati minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea (35%) u tal-Gvern Malti (15%) u n-nofs l-ieħor isir mill-privat.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt żjara lill-impjant ta’ l-ipproċessar tat-tiġieġ tal-kumpannija Valle Del Miele li matulha kien inawgurat l-impjant modernizzat u li kien approvat mill-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Pullicino żied jgħid li bħalissa qed isiru t-taħdidiet għall-programm ta’ għajnuna għas-snin 2007 sa l-2013.
Hu qal li s-settur tat-tjur bħal kull settur fl-agrikolutura, għaddej minn fażi ta' bidla u ristrutturar biex jilqa' aħjar għall-isfidi ta' suq liberalizzat. Din it-transizzjoni kienet inevitabbli, nidħlu jew ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. George Pullicino qal li biex jilqa’ għal din il-bidla, is-settur tat-tjur ingħata għajnuna sostanzjali taħt l-Ispecial Marketing Policy Programme for Maltese Agriculture(SMPPMA). Mill-bidu ta’ Jannar ta’ l-2004 ingħataw sussidji lill-produtturi tal-bajd ta’ kważi Lm1,250,000, il-produtturi tal-broilers ingħataw sussidju ta’ Lm333,000 u ngħatat ukoll għajnuna għar-ristrutturar lill-impjanti ta’ l-ipproċessar li tlaħħaq il-Lm162,000.
Il-Ministru Pullicino qal li llum l-operaturi fis-settur jirrikonoxxu li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea kien l-ixprun li wassal għat-tibdil meħtieġ biex jintlaħqu l-istandards Ewropej, ikunu mħarsa l-interessi tal-konsumaturi u l-liġijiet tal-animal welfare.
Filwaqt li rringrazzja lis-sidien tal-kumpannija li ma beżgħux jidħlu għal dan l-investiment, il-Ministru Pullicino qal li l-impjant modernizzat huwa eżempju ħaj tat-tibdil u l-frott tat-tibdil li issa kulħadd se jkun qed igawdi minnu.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd, l-Onor. Frans Agius qal li qed tingħata importanza lill-promozzjoni tal-kwalita’ u s-sigurta’ fil-prodotti ta’ l-ikel. Is-Segretarju Parlamentari Agius fakkar li l-Ministeru bħalissa beda kampanja li tippromwovi prodotti tat-tiġieġ friski lokali. Hu qal li din hi parti minn kampanja ikbar li għaliha l-Ministeru alloka Lm130,000 fix-xhur li għaddew.
Frans Agius qal li l-impjanti ta’ l-ipproċessar li qed ikunu approvati mill-Unjoni Ewropea huma garanzija ta
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946