Left arrow Mur Lura

TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MILL-KOPERATTIVA TAL-MAJJAL (KIM)

PR0872
Date Icon 11/06/2005

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u Sajd jicħad bil-qawwa kollha dak li qalet il-Koperattiva tal-Majjal (KIM) fi stqarrija li ħarġu nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Gunju.

L-ittra datata 2 ta’ Ġunju 2004 mibgħuta mill-KIM waslet fis-Segretarjat Parlamentari nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ġunju tard filgħaxija.  Dakinhar is-Segretarju Parlamentari Dr. Francis Agius ma setax ikun infurmat billi kien fuq impenji tal-Gvern. Kien għalhekk li sar jaf bil-laqgħa l-għada mill-ġurnali.  

Is-Segretarju Parlamentari Frans Agius jixtieq jagħmilha ċara li l-Gvern qed jgħin finanzjarjament lill-KIM fuq:  

  • Il-Qatla tal-majjal b’għajnuna mogħtija f’dawn l-aħħar 36 xahar lil madwar 180 produttur tal-KIM
  • Ħlas fuq majjaliet ta’ l-ewwel (F1 gilts) għall-produtturi
  • Ħlas fuq gaġeġ li ġew impurtati mill-KIM
  • Ħlas li sar fuq konsulenza u spejjez oħra biex jiġi esportat il-majjal lejn l-Italja
  • Ħlas lill-produtturi full time tal-majjal permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea

Din l-għajnuna kollha tammonta għal madwar LM4.5 milljun. Meta tikkalkula ras għal ras, il-Gvern ta għajnuna finanzjarja ta’ LM25,000 lil kull produttur.

Għar-rigward ta’ l-esportazzjoni tal-majjal, is-Segretarju Parlamentari jrid jiċċara wkoll li l-Ministeru ħa l-inizjattiva billi ħallas il-konsulenza u ħallas l-ispejjeż tad-delegazzjoni li kienet tinkludi ukoll membri tal-kumitat tal-KIM, biex jinstabu swieq godda. Fil-fatt dawn is-swieq instabu, iżda hu evidenti għall-Ministeru u għall-importaturi Taljani, li m’hemmx interess serju u impenn ġenwin minn naħa tal-kumitat tal-Koperattiva tal-Majjal (KIM) biex din l-esportazzjoni isseħħ, minkejja l-insistenza ta’ l-importaturi Taljani biex jixtru laħam tal-majjal minn Malta.  

Il-Kumitat tal-KIM għadu ma jridx jifhem xi tfisser sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea minkejja li ż-żewg partiti politiċi ewlenin jaqblu li post Malta hu fl-Unjoni Ewropea; u li l-arloġġ ma jistax jitreġġa l-lura. Fid-dawl ta’ dan, l-ebda Gvern serju ma jista’ jagħmel tajjeb għal ebusija tar-ras u piki personali tal-kumitat tal-KIM, li ħolqu l-istess kumitat tal-KIM, b’riskju għall-produtturi.  

Minkejja dan, il-Gvern jibqa’ dispost li sa fejn jista’ jgħati l-għajnuna neċessarja lill-produtturi biex tiżdied l-effiċjenza, tittejjeb il-kwalita’, u jsir l-istrutturar; biex b’hekk l-industrija tal-Majjal tkun kompettitiva fil-kuntest ta’ suq liberalizzat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow