Left arrow Mur Lura

IT-TIENI PAGAMENT GĦALL-2004 TAĦT IL-MIŻURA AD HOC GĦAL DAWK IL-BDIEWA U RAĦĦALA RREĠISTRATI FULL-TIME

PR0867
Date Icon 10/06/2005

Id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali għadu kif temm il-proċess sabiex jinħareġ it-tieni pagament għall-2004 taħt il-miżura Ad Hoc għal dawk il-bdiewa u raħħala rreġistrati full-time. Din l-għajnuna kienet ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea flimkien mal-Gvern Malti, u ngħatat fuq kull ettaru ta’ raba’ saqwi u raba’ bagħli maħdum, kif ukoll fuq in-numru ta’ Livestock Units imrobbija.  

Kellna madwar 330 applikazzjoni mingħand raħħala li jrabbu l-annimali u 568 applikazzjoni mingħand bdiewa li jaħdmu r-raba’. 

Is-somma totali li tqassmet bejn dawn il-bdiewa u raħħala kienet ta’ madwar 2,975,868.30 Ewro li jammontaw għal Lm 1,279,625.60.  

Dan ta’ taħt huwa rendikont ta’ l-ammonti li tħallsu.  

PAGAMENTI

L.U. / ETTARI

LM

LIVESTOCK UNITS

27,613.77

795,829.50

ETTARI TA’ RABA SAQWI

1,108.34

364,868.79

ETTARI TA’ RABA BAGĦLI

1,299.33

118,927.31

TOTAL

1,279,625.60

Id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali jixtiequ jfakkar wkoll li l-applikazzjonijiet għar-raħħala full-time se jibqgħu jiġu aċċettati sal-15 ta’ Ġunju 2005. Dawk li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow