Left arrow Mur Lura

DJALOGU U RESPONSABBILTÀ SOĊJALI

PR0866
Date Icon 10/06/2005

Il-Ministri tax-Xogħol ta’ l-Unjoni Ewropea f’laqgħa fil-kwartieri ta’ l-ILO f’Ġinevra sostnew l-importanza tad-djalogu u r-responsabbilita` soċjali bħala elementi essenzjali fil-bilanċ bejn il-flessibilita` li teħtieġ l-ekonomija biex tikber u l-ħarsien soċjali għall-ħaddiema. 

Fl-istess ħin qed tiltaqa` l-Konferenza ta’ l-ILO li ukoll qed tiffoka fuq l-effett tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk li huma żviluppati.  L-Għaqda Dinjija tax-Xogħol – ILO – hi mibnija fuq is-sħubija tal-partijiet soċjali fejn Gvernijiet, Unjons u Min Iħaddem jaħdmu flimkien fuq livell dinji favur ix-xogħol u favur standards li jħarsu id-dinjita` tal-bniedem fuq ix-xogħol.  

Malta qed tieħu sehem b’delegazzjoni tripartitika magħmula minn rappreżentanti tal-Gvern, tal-GWU, CMTU, FOI, u Min Iħaddem (MEA). Illum il-Ministru Louis Galea, li huwa wkoll responsabbli mix-xogħol, indirizza l-Konferenza ta’ l-ILO.  Il-bieraħ il-Konferenza ġiet indirizzata mis-Sur Tony Żarb, Segretarju Ġenerali tal-GWU, u mis-Sur Joe Farrugia, Direttur tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem.

diskors tal-Ministru jsegwi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow