Left arrow Go Back

JIBDA X-XOGĦOL TA’ TISBIĦ U TITJIB FUQ ROTTA BEJN L-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA U KASTILJA

PR0865
Date Icon 10/06/2005

Fl-aħħar ġimgħat ħaddiema mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura bdew jaħdmu fuq proġett li l-għan tiegħu hu li jagħmel tisbiħ u rranġar fit-toroq arterjali ta’ pajjiżna. Waqt żjara fuq wieħed mill-postijiet fejn diġà nbeda x-xogħol, il-Ministru Ninu Zammit spjega li r-rotta li fuqha qed isir ix-xogħol attwali hi dik li tagħti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sa Kastilja. 

Il-proġett kien maqsum fuq tliet binarji:

  • l-ispezzjonar tas-sitwazzjoni preżenti fil-bankini u l-ġnub tat-toroq;
  • it-tħejjija ta’ rapport bil-pjanti/disinji dettaljati mill-periti; u
  • l-bidu tax-xogħol attwali.

Il-programm ta’ xogħlijiet jinkludi: il-pavimentar/tarmac ta’ bankini; il-bdil u l-bini mill-ġdid ta’ ħitan; bdil tal-kurduna ta’ central strips; landscaping; bdil tat-tabelli tat-toroq; tneħħija ta’ wires li jkerrħu l-ambjent tat-toroq; u screening partikolarment fiż-żoni industrijali bħal dik tal-Marsa. Dawn ix-xogħlijiet huma programmati li jkopru perjodu ta’ sitt xhur u għaldaqstant din ir-rotta mistennija titlesta sa l-aħħar ta’ Ottubru 2005.

Ix-xogħol inbeda fl-aħħar ġimgħat fuq erba’ siti differenti li huma Triq Nazzjonali (fejn hawnhekk tlesta wkoll l-ewwel parti tal-pavimentar), Vjal l-Avjazzjoni, Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa, u Vjal Sir Paul Boffa. Dan ix-xogħol kollu qed isir mill-ħaddiema u periti mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, b’ko-ordinazzjoni kontinwa ma’ diversi Ministeri oħra u entitajiet governattivi.  

Il-Ministru Ninu Zammit emfasizza li x-xogħol qed jinħadem b’tali mod biex l-inkonvenjent lill-pubbliku jkun l-inqas possibbli. Għaldaqstant, qed tiġi studjata l-possibilita’ li x-xogħol jinħadem kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija, sabiex it-traffiku jibqa’ miexi b’mod mill-iktar organizzat.  

Fl-aħħarnett il-Ministru appella għal ko-operazzjoni mill-pubbliku in ġenerali biex il-proċess tax-xogħol jimxi mingħajr tfixkil u jitwettaq kif kien oriġinarjament programmat.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow