IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GĦALL-PROMOZZJONI TA’ L-UGWALJANZA GĦALL-IRĠIEL U N-NISA DWAR IR-REKLAMAR TA’ POSTIJIET BATTALA GĦAX-XOGĦOL
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa tixtieq tirringrazzja lill-Edituri tal-ġurnali lokali kollha tal-koperazzjoni li wrew meta l-Kummissjoni ġibditilhom l-attenzjoni dwar reklamar ta’ postijiet battala għax-xogħol li ma kienux skond il-liġi għaliex kienu jiddiskriminaw kontra sess jew ieħor. Bħala parti mill-pjan li ntuża, il-Kummissjoni kitbet aktar minn darba kemm lil Edituri kif ukoll lid-djar tar-reklamar fejn spjegat sew dak li tgħid il-liġi kif ukoll indikat siti fuq l-internet minn fejn setgħu jinstabu kliem, li fil-waqt li jispjegaw sew il-kariga jew postijiet għall-impjieg, ma jkunux diskriminatorji lejn sess jew ieħor.
Inġibdet ukoll l-attenzjoni għal xi ritratti li ntużaw biex issebbħu l-avviżi. Ritratti jew stampi li qed juru sess wieħed biss, ikun liema jkun, jitqiesu bħala diskriminatorju lejn is-sess l-ieħor. Dan għaliex meta l-avviż ikollu ukoll stampa, din ser tiġbed aktar attenzjoni mill-kliem u jekk tkun qed turi sess wieħed u mhux iż-żewġ sessi, tista’ sservi ta’ imblokk għal min mhux rappreżentat fl-istampa, tant li anke jekk ikun hemm l-abiltajiet meħtieġa, persuni jistgħu ma japplikawx.
Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni ta’ kull min huwa konċernat li l-liġi tispeċifika li,
“persuni ma jistgħux jippubblikaw, jew jesponu jew iġiegħlu li jiġi pubblikat jew espost xi riklam, jew, xort’oħra li jirreklamaw post battal għal xi impieg li jkun jiddiskrimina bejn min ikun qed ifittex ix-xogħol” (Kap 456 Art 10(2))
Sal-lum, kull każ li tressaq quddiem il-Kummissjoni ġie riżolt b’diskussjoni u b’medjazzjoni. Madankollu, meta wieħed jikkonsidra ż-żmien li għadda minn meta għaddiet il-Liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa, il-Kummissjoni tifhem li issa huwa ċar għal kulħadd li mhux permess reklamar diskriminatorju u għalhekk ser tipproċedi bis-saħħa tal-poter li tagħtiha l-istess Liġi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946