Left arrow Mur Lura

L-ATTIVITAJIET TA’ ĠIMGĦA AMBJENT KIENU SUĊĊESS

PR0847
Date Icon 09/06/2005

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq jirringrazzja lil kull min ta s-sehem tiegħu biex l-attivitajiet kollha organizzata bħala parti minn Ġimgħa Ambjent kienu suċċess.

Dawn l-attivitajiet saru biex jitfakkar Jum l-Ambjent 2005.  

Fuq kollox, il-Ministeru jrid jirringrazzja lil kull min attenda għall-Echo fest li għalqet ġimgħa ta’ attivitajiet li saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.   Minbarra attendenza, jrid jissemma s-sehem tal-pubbliku kemm biex jikseb informazzjoni kif ukoll ir-rispons inkoraġġanti li kien hemm għall-kampanji ambjentali li għaddejjin bħalissa.  

F’kummenti li ta dwar dawn l-attivitajiet, il-Ministru George Pullicino esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-attivitajiet laħqu l-għan li jwasslu messaġġ ta’ għarfien fuq kwistjoni sensittiva u importanti bħalma hi l-ambjent.  Hu radd ħajr b’mod partikolari lill-Membri miż-żewġ naħat tal-Kamra li fehmu l-importanza u kkollaboraw bis-sħiħ kemm b’mod dirett kif ukoll indirettament.  

Il-Ministru Pullicino qal li l-attivitajiet saru bl-iskop li jwasslu għal parteċipazzjoni pubblika u dan l-għan intlaħaq ukoll.  

Fl-aħħarnett, il-Ministru George Pullicino qal li dawn l-attivitajiet ikomplu jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern li jagħti importanza u priorità lill-ambjent.  L-għan tal-Gvern hu li jkompli jinvesti f’inizjattivi edukattivi biex il-poplu kollu jkompli japprezza l-bżonn li l-ambjent jitħares fl-aħjar interess tagħna u ta’ ġenerazzjonijiet futuri.    

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow