Left arrow Go Back

ĦIDMA BIEX JITKABBAR IS-SETTUR TURISTIKU

PR0844
Date Icon 09/06/2005

B’ referenza għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Alfred Sant quddiem l-arrivals lounge ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jfakkar li: 

6.   minkejja dak kollu li ntqal dwar il-qagħda fil-qasam turistiku, is-sena li għaddiet dan is-settur f’Malta kiber bi 3.5 fil-mija fil-volum u bi 3 fil-mija fid-dħul. Dan hu aħjar minn kif marru pajjiżi fl-Ewropa tal-Punent u fl-Ewropa Mediterranja.  

2. Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, kien hemm nuqqas marġinali ta’ 0.4 fil-mija fin-numru ta’ turisti li ġew Malta, iżda kien hemm żieda ta’ 1.8 fil-mija fid-dħul. Dan ifisser żieda fin-nefqa tat-turisti ta’ miljun u nofs lira. Minħabba li l-festa ta’ l-Għid kienet f’Marzu kien hemm żieda qawwija fit-turiżmu f’Marzu u nuqqas f’April.  

3. Ċifri maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta juru li f’Mejju kien hemm żieda ta’ 4.3 fil-mija fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport.  

4. Il-marketing budget totali ta’ l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żdied minn Lm3.8 miljun fl-2000 għal Lm6.1 miljun fl-2005, żieda ta’ Lm2.3 miljun jew 60 fil-mija.  

5. L-allokazzjoni għar-reklamar (advertising) bejn l-2000 u l-2005 żdiedet minn Lm1.5 miljun għal Lm2.2 miljun, żieda ta’ Lm0.7 miljun jew 60 fil-mija.  

6. Bħala riżultat tal-proċess ta’ ristrutturazzjoni li qed jitwettaq bħalissa fl-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, fl-2004, l-MTA iffrankat Lm342,236 minn spejjeż amministrattivi. Fl-istess sena, l-MTA nefqet Lm5,104,663 għall-promozzjoni ta’ Malta fi swieq barranin.

7. Filwaqt li bejn l-2002 u Novembru tas-sena l-oħra, l-impjiegi full-time fil-qasam turistiku naqsu b’172, l-impjiegi part-time, li kienu impjieg primarju, żdiedu b’1,094 – minn 3.514 għal 4,608. F’Novembru in-numru ta’ dawk jaħdmu full-time u part-time fis-settur turistiku kien ta’ 16,705.  

8. Bħalissa qed jitwettqu 16-il proġett għall-bini ta’ lukandi ġodda, jew ta’ estensjonijiet, b’investiment ta’ Lm51 miljun. Ħames lukandi ġodda se jiftħu din is-sena. L-investiment f’dawn il-ħames lukandi hu ta’ Lm39 miljun u bejniethom se jkollhom 1,844 sodda. Dawn mistenija jiġbdu negozju ġdid lejn pajjiżna ta’ 27,000 turist.  Ix-xejra fil-qasam turistiku hi favur il-bini jew l-estensjoni ta’ lukandi ta’ Ħames Stilel, Erba’ Stilel u Tlett Stilel u lejn it-tkabbir ta’ lukandi f’dawn il-kategoriji bl-iskop li dawn ikunu aktar kompetittivi.  

9. Il-Ministru Francis Zammit Dimech hu fid-dmir li jkun preżenti fl-laqgħat għall-Ministri tat-Turiżmu u/jew Kultura sew jekk dawn ikunu f’Cannes sew jekk ikunu fi kwalunkwe post ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea. Huwa l-argument li pprova jġib Dr Sant, li f’dan il-każ huwa gimmick.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jassigura li qed jagħmel ħiltu kollha biex ikabbar is-settur turistiku f’pajjiżna. Dan qed iwettqu permezz tar-ristrutturazzjoni li għaddejja fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li qed issir aktar żnella u aktar kapaċi li tilqa’ għall-ħtiġiet tal-lum, li fis-settur turistiku jitbiddlu kuljum, permezz ta’ strateġija mibnija fuq oqsma turistiċi fejn nistgħu nkunu kompetittivi u billi qed ninvestu fl-infrastruttura u f’dawk l-oqsma kollha relatati mad-dehra ta’ pajjiżna bħala pajjiż turistiku.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow