Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI TAJBIN F’ANDORRA

PR0829
Date Icon 06/06/2005

Il-Ministru responsabbli għall-iSport, Louis Galea, feraħ lill-kontinġent, u partikolarment lill-atleti li rrappreżentaw lil Malta f’Andorra għar-riżultati tajbin li kisbu f’din l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar.  B’7 medalji tad-deheb, 13 tal-fidda u 17 tal-bronż l-atleti Maltin kisbu s-sitt post wara l-Andorra stess u qabel San Marino u l-Liechtenstein. Il-Ministru Galea qal li għal din l-edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar l-Atleti Maltin irnexxielhom jiksbu l-akbar numru ta’ medalji barra minnpajjiżna. Louis Galea rringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti li bil-ħidma tiegħu l-atleti Maltin setgħu jaslu fejn waslu.  

Il-Ministru Galea qal li l-isfida li jmiss se jkunu l-15-il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran li se jsiru f’Almeira (Spanja).  “Aħna fiduċjużi li pajjiżna jkollu atleti kapaċi jiksbu riżultati anke f’dan il-livell. Aħna fiduċjużi wkoll mill-impenn enormi minn naħa ta’ l-atleti li qed jikkompetu fuq livell internazzjonali”.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow