Left arrow Mur Lura

LAQGĦA BEJN IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN DR TONIO BORG U MR WANG ZHONGYU, VICE CHAIRMAN EŻEKUTTIV TAL-KUMITAT NAZZJONALI TAL-KONFERENZA KONSULTATTIVA POLITIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA (CPPCC)

PR0828
Date Icon 06/06/2005

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern Tonio Borg iltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Kumitat Nazzjonali tal-Konferenza Konsultattiva Politika tal-Poplu taċ-Ċina (CPPCC) immexxija minn Wang Zhongyu, Vice Chairman.

Wara li ta merħba lid-delegazzjoni Ċiniża, il-Viċi Prim Ministru qal li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea mhux biss ma kelliex effett hażin anzi saħħet ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi għax il-Gvern Malti qed jisħaq biex tiżdied il-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina.  

Wang Zhongyu wieġeb li d-delegazzjoni ta’ għadd ta’ esperti minn oqsma differenti li qed iżżur Malta turi l-impenn taċ-Ċina biex titkabbar il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Xhieda ta’ dan huwa li l-għadd ta’ turisti miċ-Ċina li dejjem qed jiżdiedu.  

Iż-żewġ partijiet qablu li jkomplu jahħmu biex iż-żewġ pajjiżi, minkejja d-differenza fid-daqs tagħhom, ikomplu jaħdmu biex isaħħu r-relazzjonijiet bilaterali.  

Biex jintwerew is-sentimenti ta’ ħbiberija tal-Gvern u l-poplu taċ-Ċina mal-Gvern u l-poplu ta’ Malta , il-Gvern Ċiniż ta għotja ta’ 3 miljun RMB Yuan (Lm126,000) lill-Gvern Malti. L-ittra ta’ l-għotja kienet iffirmata mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi Dr Tonio Fenech u Liu Zhengxiu, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.  

Preżenti għal-laqgħa kien hemm is-Segretarju Parlamentari Dr Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern is-Sur Charles Deguara.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow