Left arrow Mur Lura

RIKONOXXIMENT GĦAL MALTA DWAR IT-TIPJIP

PR0827
Date Icon 06/06/2005

Malta flimkien ma’ erba’ pajjiżi oħra, Irlanda, Italja, Skozja u Svezja ngħatat għarfien għall-ħidma tagħha biex tikkontrolla l-ħsara li jsir mit-tipjip.

Il-Ministru Louis Deguara f’isem il-gvern Malti rċieva lis-Smoke Free Europe2005 Gold Award fil-Lussemburgu waqt konferenza organizzata minn Smoke Free Europe.  Għal din il-konferenza attendew għadd ta’ ministri tas-saħħa minn pajjiżi Ewropej, membri parlamentari kif ukoll bosta rappreżentanti minn għaqdiet mhux governattivi.  

Il-konferenza kienet organizzata mill-European Respiratory Society, il-European Heart Network, il-European Cancer Leagues u il-French Ligue National Contre la Cancer taħt il-bandiera tas-Smoke Free Europe 2005

Il-Ministru Deguara għamel il-keynote speech fejn ta dettalji dwar il-ħidma tal-gvern Malti f’dan il-qasam matul l-aħħar ħmistax-il sena.  Pajjiżi oħra wkoll elenkaw il-ħidma u l-istrateġija li użaw biex introduċew regolamenti kontra t-tipjip u ħareġ ċar li kollha ffaċċjaw problemi komuni biex dan seta’ jsir.  Jirriżulta wkoll li l-livell ta’ aċċettazzjoni tal-pubbliku fejn ġew introdotti r-regolamenti kontra t-tipjip hu konsistenti.  

Wara din il-konferenza Dr. Deguara l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, attenda għal-laqgħa tal-EPSCO fejn ħa sehem attiv b’interventi dwar diversi suġġetti dwar il-qasam tas-saħħa.  

id-diskors tal-Ministru

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow