Left arrow Go Back

KAMPJONAT EWROPEW TAL-KARATE

PR0826
Date Icon 06/06/2005

Il-Ministru Louis Galea, responsabbli mill-isport inawgura s-26 edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Karate Tradizzjonali (Traditional Karate) li qed isiru fil-kumpless sportiv tal-Kottonera f’dawn il-jiem. Għal dawn il-kampjonati f’pajjiżna hawn atleti u uffiċjali minn 21 pajjiż Ewropew u b’kollox hawn mat-340 atleta jipparteċipaw.  Din hi l-ewwel darba li qed isiru dawn il-kampjonati f’pajjiżna u dan kien possibbli bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-iSport u l-Gvern Malti.  Bħala parti minn dawn il-kampjonati qed jiġi organizzat kors internazzjonali għar-referees tal-Karate Tradizzjonali.

F’dawn l-aħħar snin il-Karate Tradizzjonali żviluppa bħala sport globali.  L-arti antika tal-ġlied Ġappuniż ġiet żviluppata f’dixxiplina sportiva mis-Sensei Hidetaka Nishiyama li ddedika ħajjtu għal dan l-isport.  Fil-fatt is-Sensei Hidetaka Nishiyama jinsab Malta għal dawn il-kampjonati.  

F’Malta il-Karate Tradizzjonali kien iddaħħal mis-Sur Franco Azzopardi li fil-preżent hu l-President tal-Kunsill Malti għall-iSport.  Hu introduċa dan l-isport fl-aħħar tat-tmeninijiet u tul iż-żmien okkupa l-kariga ta’ president tal-Federazzjoni Lokali tal-Karate Tradizzjonali u għadu jagħti l-kontribut tiegħu bħala direttur tekniku f’dan l-isport.  Is-Sur Azzopardi rrappreżenta lil Malta fil-Karate Tradizzjonali diversi drabi fejn anke poġġa lil Malta ma’ l-aqwa sitt pajjiżi fid-dinja. Hu kien kowċ taċ-Champion Ewropew għas-sena 2001 Omar Azzopardi u ta’ Iden Azzopardi li spiċċa fit-tieni post.  

Waqt il-ftuħ tal-Kampjonati l-Ministru Galea faħħar lill-organizzaturi Maltin, immexxija mis-Sur Iden Azzopardi li ssagrifika l-parteċipazzjoni tiegħu biex ikun jista’ jieħu ħsieb it-tmexxija tagħhom, għall-mod kif qed jiġu organizzati dawn il-kampjonati ta’ livell Ewropew b’parteċipazzjoni hekk kbira u wiesgħa.  Hu qal li l-faċilitajiet u l-klima li joffri pajjiżna huma attraenti ħafna għall-atleti barranin kemm għat-taħriġ kif ukoll biex jikkompetu.  Hu temm jawgra lill-Kontinġent Malti biex f’dawn il-kampjonati jagħmlu l-almu tagħhom u jkomplu jgħollu l-livell u l-valuri ta’ l-isport.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow