RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA DWAR IR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE MILL-KELLIEMA TA’ L-OPPOZIZZJONI
Ir-rapport mill-Awditur Ġenerali kien milqugħ bl-akbar sens ta’ responsabilita` u maturita` min-naħa ta’ l-amministazzjoni ta’ San Vinċenz de Paul, kif ukoll mill-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`, bħala eżerċizzju għaqli fejn stajna flimkien nagħrfu t-tajjeb fis-servizz li qiegħed jingħata, kif ukoll dawk l-affarijiet li nistgħu nirranġaw sabiex is-servizz ikompli jitjieb.
Hija tassew irresponsabilita’ min-naħa tal-kelliema tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni li jallegaw xi forma ta’ “kundizzjonijiet kiefra li mijiet ta’ anzjani qed jgħixu fihom”. Li kieku l-Onor. Membri Parlamentari għoġobhom jaqraw sew ir-rapport ta’ l-awditur, kienu żgur jindunaw illi mis-‘survey’ li sar, joħroġ li:
Kuntenti/Kuntenti ħafna | Pazjenti | Vizitaturi |
| 80% | 73% |
| 90% | 75% |
| 79% | 81% |
| 78% | 84% |
| 80% | -- |
| 74% | -- |
| 65% | -- |
| 82% | -- |
Żgur li dan huwa ċertifikat tajjeb għas-servizzi hekk imsejjħa ‘core operations’ fir-Residenza San Vincenz.
L-Onor. Membri ta’ l-Oppozizzjoni għoġobhom jikkummentaw fuq is-snin moħlija u jħeġġu lill-Gvern biex l-anzjani jkollhom residenza aktar dinjituża u diċenti.
Donnhom li l-Onor. Sinjuri insew il-verita`. Verita` li ma tistax tinjora, huwa x- xogħol kbir ta’ modernizzar li sar fis-swali ta’ San Vincenz. Tajjeb li l-Onor. Membri ta’ l-Oppożizjoni jiftakru saru dawn ix-xoghlijiet matul is-snin kif hawn taht indikat:
Kuntenti/Kuntenti ħafna | Pazjenti | Vizitaturi |
| 80% | 73% |
| 90% | 75% |
| 79% | 81% |
| 78% | 84% |
| 80% | -- |
| 74% | -- |
| 65% | -- |
| 82% | -- |
Dan il-proċess ta’ Bini u refurbishment għadu għaddej. Tajjeb li wieħed jinnota li fis-sentejn ta’ Gvern Laburista, la sar refurbishment ta` swali u wisq anqas bini ta’ swali ġodda.
L-istess nistgħu ngħidu fil-kaz ta’ stallazjoni ta’ Air Conditioners f`21 Sala. Kull stallazjoni saret meta kien hemm Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u xejn matul l-Amministrazzjoni Laburista. Bħalissa għaddej ukoll xogħol biex ikunu stallati Air Conditioners fis-swali li fadal.
Għal benefiċċju ta’ l-anzjani, sew dawk li jgħixu San Vincenz, kif ukoll għal dawk li għadhom jgħixu fi djarhom, sar l-immodernizzar tal-fiżioterapija, tal-Occupational Therapy, ġie introdott is-servizz ta’ Speech Language Therapists, kif ukoll ta’ Podoloġisti u social workers. Fix-xhur li ġejjin se tkun modernizzata d-Day Clinic u se jsir Activity Centre.
Żgur li bl-ebda tiġbid ta’ l-immaġinazzjoni ma jista` jingħad li l-Gvern prezenti għandu għal fejn jistħi.
Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ħa ħsieb l-anzjani bil-fatti u mhux bil-paroli mingħajr ebda sustanza, allegazzjonijiet fierħa u ntiżi biss sabiex iqarqu u jallarmaw il-poplu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946