Left arrow Go Back

RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA DWAR IR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE MILL-KELLIEMA TA’ L-OPPOZIZZJONI

PR0819
Date Icon 03/06/2005

Ir-rapport mill-Awditur Ġenerali kien milqugħ bl-akbar sens ta’ responsabilita` u maturita` min-naħa ta’ l-amministazzjoni ta’ San Vinċenz de Paul, kif ukoll mill-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita`, bħala eżerċizzju għaqli fejn stajna flimkien nagħrfu t-tajjeb fis-servizz li qiegħed jingħata, kif ukoll dawk l-affarijiet li nistgħu nirranġaw sabiex is-servizz ikompli jitjieb.

Hija tassew irresponsabilita’ min-naħa tal-kelliema tal-Partit ta’ l-Oppozizzjoni  li jallegaw xi forma ta’ “kundizzjonijiet kiefra li mijiet ta’ anzjani qed jgħixu fihom”.  Li kieku l-Onor. Membri Parlamentari għoġobhom jaqraw sew ir-rapport ta’ l-awditur, kienu żgur jindunaw illi mis-‘survey’ li sar, joħroġ li:

Kuntenti/Kuntenti ħafna

Pazjenti

Vizitaturi

  • Sala

80%

73%

  • Ndafa

90%

75%

  • Ammont ta’ ikel provdut

79%

81%

  • Servizzi mediċi

78%

84%

  • Dentistrija

80%

--

  • Oftalmoloġija

74%

--

  • Fisioterapija

65%

--

  • Podoloġija

82%

--


Żgur li dan huwa ċertifikat tajjeb għas-servizzi hekk imsejjħa ‘core operations’ fir-Residenza  San Vincenz.

L-Onor. Membri ta’ l-Oppozizzjoni għoġobhom jikkummentaw  fuq is-snin moħlija u jħeġġu lill-Gvern biex l-anzjani jkollhom residenza aktar dinjituża u diċenti.

Donnhom li l-Onor. Sinjuri insew il-verita`. Verita` li ma tistax tinjora, huwa x- xogħol kbir ta’ modernizzar li sar fis-swali ta’ San Vincenz. Tajjeb li l-Onor. Membri ta’ l-Oppożizjoni jiftakru saru dawn ix-xoghlijiet matul is-snin kif hawn taht indikat:  

Kuntenti/Kuntenti ħafna

Pazjenti

Vizitaturi

  • Sala

80%

73%

  • Ndafa

90%

75%

  • Ammont ta’ ikel provdut

79%

81%

  • Servizzi mediċi

78%

84%

  • Dentistrija

80%

--

  • Oftalmoloġija

74%

--

  • Fisioterapija

65%

--

  • Podoloġija

82%

--


Dan il-proċess ta’ Bini u refurbishment għadu għaddej.  Tajjeb li wieħed jinnota li fis-sentejn ta’ Gvern Laburista, la sar refurbishment ta` swali u wisq anqas bini ta’ swali ġodda.

L-istess nistgħu ngħidu fil-kaz ta’ stallazjoni ta’ Air Conditioners f`21 Sala.  Kull stallazjoni saret meta kien hemm Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista u xejn matul l-Amministrazzjoni Laburista. Bħalissa għaddej ukoll xogħol biex ikunu stallati Air Conditioners fis-swali li fadal.

Għal benefiċċju ta’ l-anzjani, sew dawk li jgħixu San Vincenz, kif ukoll għal dawk li għadhom jgħixu fi djarhom, sar l-immodernizzar tal-fiżioterapija, tal-Occupational Therapy, ġie introdott is-servizz ta’ Speech Language Therapists, kif ukoll ta’ Podoloġisti u social workers.   Fix-xhur li ġejjin se tkun modernizzata d-Day Clinic u se jsir Activity Centre.

Żgur li bl-ebda tiġbid ta’ l-immaġinazzjoni ma jista` jingħad li l-Gvern prezenti  għandu għal fejn jistħi.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ħa ħsieb l-anzjani bil-fatti u mhux bil-paroli mingħajr ebda sustanza, allegazzjonijiet fierħa u ntiżi biss sabiex iqarqu u jallarmaw il-poplu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow