L-ATTIVITAJIET BIEX JITFAKKAR JUM L-AMBJENT JILĦQU L-QOFOL TAGĦHOM FI TMIEM IL-ĠIMGĦA
L-attivitajiet biex jitfakkar Jum l-Ambjent jilħqu l-qofol tagħhom fi tmiem din il-ġimgħa bl-attivita’ Echo Fest li se ssir fi Ġnien Indipendenza, tas-Sliema. Din l-attivita’ se ġġib fi tmiemhom ġimgħa ta’ attivitajiet bħala parti mill-kampanja Ġimgħa Ambjent.
Dettalji dwar il-preparamenti għal dawn l-attivitajiet ingħataw mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino li qal li dawn l-attivitajiet huma maħsuba biex jolqtu lil kulħadd.
Il-Ministru Pullicino qal l-attivitajiet tfasslu b’mod li jwasslu messaġġ: li l-ħarsien ta’ l-ambjent jiddependi wkoll mill-imġieba ta’ kulħadd.
L-Echo Fest se ssir is-Sibt, 4 u l-Ħadd, 5 ta’ Ġunju, mill-5 ta’ wara nofsinhar ’il quddiem u matulha se jkun hemm programm ta’ attivitajiet u divertiment għall-familja kollha. F’din l-attivita’ qed jieħdu sehem numru kbir ta’ għaqdiet ambjentali u kumpaniji li jbiegħu jew jimmanifatturaw prodotti li jirrispettaw l-ambjent. Matul il-jumejn ta’ attivitajiet ser ikun hemm ukoll żewġ diskussjonijiet li se jittrattaw l-importanza ta’ l-edukazzjoni fit-tixrid ta’ rispett ambjentali u kif l-iżvilupp u l-ambjent jistgħu jimxu flimkien.
Ser ikun hemm ukoll divertiment provdut minn gruppi popolari bħalma huma Junkfunk, Beangrowers, Scream Daisy u Nafra.
Attivita’ oħra se ssir nhar il-Ħadd mill-10.30 ta’ filgħodu ’l quddiem, fil-pitch tan-Neptunes f’San Ġiljan u matulha numru ta’ personalitajiet magħrufa Maltin ġew mistiedna jieħdu sehem f’għawma biex jinġabru flus biex jitħawwlu siġar. Fost in-numru kbir ta’ personalitijiet li aċċettaw li jieħdu sehem hemm nies mill-qasam ta’ l-ispettaklu, ta’ l-isports, tal-politika u l-mużika.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946