Left arrow Mur Lura

MIĠBURA ’L FUQ MINN 7,000 TUNNELLATA TA’ SKART MORMI B’MOD ILLEGALI F’WIDIEN, ŻONI INDUSTRIJALI U TOROQ ATERJALI FL-EWWEL 5 XHUR TAS-SENA

PR0816
Date Icon 03/06/2005

Aktar minn 7,000 tunellata ta’ skart mormi b’mod illegali nġabru fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena mid-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Dan l-iskart inġabar minn widien, żoni ndustrijali u toroq arterjali. L-ispiża biex dan l-iskart jinġabar tlaħħaq ‘l fuq minn Lm200,000.

Dan sostnieh il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit waqt żjara li għamel f’Ħal-Far. Hawnhekk,  qed jiġi esegwit eżerċizju ntensiv ta’ tindif fuq medda kbira ta’ art li ddawwar il-fabbriki li jinsabu f’din iż-żona ndustrijali. Dan is-sit prattikament  inbidel f’miżbla ta’ kull tip ta’ skart. Il-Ministru Ninu Zammit tenna li l-ammont konsiderevoli ta’ kull tip ta’ skart li jiġi mormi f’widien, żoni industrijali u toroq arterjali juri n-nuqqas ta’ rispett lejn pajjiżna minn nies irresponsabbli.  

Fl-aħħar xhur, xogħlijiet simili ta’ tindif twettqu fl-Imrieħel, Sant’Iermu fil-Belt Valletta, il-Forti Sant Anġlu, ir-Rinella, Popeye Village, is-Sur ta’ San Klement Bormla, Għajn Riħana f’Burmarrad, Wied is-Sewda u Wied Lewża.  

Id-Dipartiment għas-Servizzi ta’ l-Indafa fl-aħħar xhur introduċa ’freephone system’ fejn wieħed jista’ jirrapporta każijiet ta’ skart mormi f’widien, toroq arterjali u żoni industrijali. Fl-ewwel ħames xhur tas-sena kien hemm ’l fuq minn 200 rapport ta’ dan it-tip. Eżerċizzju ieħor kien dak ta’ tneħħija ta’ tabelli u riklami mwaħħla ma’ arbli u ħitan tal-ġnub tat-toroq, li wassal għat-tneħħija ta’ ’l fuq minn 1,600 tabella sa l-aħħar ta’ Mejju.  

Finalment il-Ministru Zammit fakkar li ż-żamma ta’ l-ambjent hija  r-responsabbilta’ tal-Maltin kollha u għaldaqstant reġa’ appella għal sforz kollettiv minn kulħadd sabiex pajjiżna jinżamm fi stat nadif

BLOCK B, FLORIANA, CMR 02, MALTA

TEL: (+356) 22997400, FAX: (+356) 21243306

. Huwa għalaq billi semma li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura nefaq ’il fuq minn Lm500,000 fis-sena 2004, sabiex inġabar skart mormi b’mod illegali, liema flus setgħu ġew investiti f’żewġ proġetti simili għal dak li twettaq fil-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow