FESTA NAZZJONALI TAS-SETTE GIUGNO
Il-Programm ta' attivitajiet għal din is-sena organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fil-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura, huwa da li ġej.
It-Tnejn, 6 ta' Gunju 2005
10.00 am Tqegħid ta' kuruna tal-fjuri fuq il-Monument tal-Vittmi tas-"Sette Giugno"
fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata
It-Tlieta 7 ta' Gunju 2005:
Ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tas-"Sette Giugno" f'Misraħ San Ġorg, Valletta
| 09.45 am | Mr Speaker u l-Membri tal-Kamra tad-Deputati jiltaqgħu fil-Kamra tal-Kumitati, il-Palazz. |
| 09.45 am | Stakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jimmarċjaw tul Triq ir-Repubblika |
| 09.54 am | L-istakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jieħdu posthom quddiem il-Monument tas-"Sette Giugno", f'Misraħ San Ġorg. |
| 10.00 am | L-iSpeaker, l-Aġent Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, flimkien mal-Membri tal-Kamra tad-Deputati joħorgu mill-Palazz u jimxu sa quddiem il- Monument. |
| 10.02 am | Il-Membri wara li jsellmu lill-Monument, jieħdu posthom bil-qegħda. |
| 10.03 am | Diskors mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onor Anton Tabone |
| 10.13 am | Wara d-diskors, l-iSpeaker imur quddiem il-Monument. |
| 10.15 am | Tindaqq il- "Last Post". Minuta Silenzju. |
| 10.17 am | Tindaqq ir-"Reveille". |
| 10.18 am | L-iSpeaker iqiegħed kuruna tal-fjuri fuq il-Monument. Wara jitilgħu bil-kuruni l-Agent Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni. |
| 10.20 am | Tqegħid ta' kuruni mill-Partiti Politiċi u l-Korpi Kostitwiti. Jindaqq l-Innu Nazzjonali. |
| 10.30 am | Marċ mill-istakkament tal-Pulizija. |
| 10.31 am | L-iSpeaker, il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni akkumpanjati mill-Membri tal-Kamra tad-Deputati jmorru l-bitħa tal-Palazz. |
Għal din l-okkazjoni l-Kumitat Festi Nazzjonali jirrakomanda lill-pubbliku in generali biex jattendi għal kuncert sinfoniku miż-żewġ baned tal-Belt Valletta li se jiġi organiżżat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta nhar it-Tnejn 6 ta’ Gunju, 2005 fis-7.15 pm f’Misraħ l-Assedju.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946