Left arrow Mur Lura

ĦIDMA FIL-PARAMETRI TAL-MIRI STABBILITI GĦAT-TURIŻMU

PR0810
Date Icon 03/06/2005

B’referenza  għall-istqarrija maħruġa mill-GRTU dwar il-qagħda attwali fil-qasam turistiku, il-Ministeru ghat-Turizmu u l-Kultura jixtieq jiċċara dan li ġej.

Fl-ewwel erba’ xhur tas-sena, in-numru ta’ turisti li ħallew Malta kien ta’ 254,573 – nuqqas minimu ta’ 0.4 fil-mija fuq l-istess perijodu s-sena l-oħra.  

Fl-ewwel erba’ xhur tas-sena, n-nefqa totali mit-turisti kienet ta’ Lm1.5 miljun iżjed jew 1.8 fil-mija aktar. In-nefqa minn ras għal ras tat-turisti żdiedet minn Lm169 għal Lm172.7.  

Ċifri  miġbura mill-Malta International Airport juru li f’Mejju kien hemm żieda ta’ 4.3 fil-mija fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-ajruport.  

Indikazzjonijiet juru li s-seat capacities għas-sajf ta’ din is-sena, li jinkludu l-perijodu minn April sa Ottubru, żdiedu meta mqabbla mas-sajf tas-sena l-oħra.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jfakkar li s-sena l-oħra, pajjiżna żaruh 3.5 fil-mija iżjed turisti mill-2003, bi dħul għall-pajjiż ta’ 3 fil-mija aktar. Dan ir-riżultat kien anke aħjar minn dak tal-kompetituri tagħna fl-Ewropa tal-Punent u fl-Ewropa Mediterranja.  

Ta’ min jfakkar li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu permezz tac-Chairman u d-Direttur tal-Marketing tagħha, fl-aħħar ġimgħat ħadet ħsieb li tagħmel laqgħat individwali ma’ l-operaturi kollha tat-turiżmu fl-Ingilterra. Dawn il-laqgħat diġa bdew iħallu riżultati pożitivi. Fuq inizjattiva ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ser ikun hemm kampanja ta’ marketing u ta’ pubbliċita’ fis-suq ta’ l-Ingilterra. Id-Direttur tal-Marketing għamel ukoll eżerċizzju simili fil-Ġermanja u l-Awstrija. Fil-ġejjieni qarib ser isir l-istess eżerċizzju fi Franza.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jappella lil dawk kollha li għandhom interess ġenwin fit-turiżmu, biex jevitaw stqarrijiet li jistgħu jagħmlu aktar ħsara milli ġid; u biex jaħdmu flimkien mal-Gvern biex itejjbu aktar il-prodott ta’ dak kollu li toffri Malta   u hekk naħdmu flimkien favur pajjiżna.  

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jemmen li bil-kooperazzjoni ta’ kulħadd u billi nagħtu lit-turist valur għall-flus li jonfoq, it-turiżmu din is-sena jerġa’ jħalli riżultati pożittivi u nimxu mal-miri li stabbilejna għal dan is-settur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow