Left arrow Go Back

ATTIVITA’ TA’ ‘EAT FOR LIFE’ F’GĦAWDEX BĦALA PARTI MILL-ĠIMGĦA AMBJENT

PR0795
Date Icon 01/06/2005

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ Ġimgħa Ambjent, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent flimkien mal-Ministeru għal Għawdex organizzaw attivita’ bit-tema Eat for Life fil-ġnien tal-Villa Rundle, Għawdex.

L-attivita’ kienet tikkonsisti f’taħdidiet u dimostrazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u l-ikel li hu tajjeb għas-saħħa, b’aċċenn partikolari fuq is-saħħa ta’ l-adulti u l-ulied. Għal din l-okkażżjoni ġiet mistiedna Kathryn Borg, lifestyle consultant li tkellmet dwar l-importanza li wieħed jiekol ikel nutrittiv u jadotta lifestyle moderata. Waqt l-attivita’ tkellem ukoll Eman Calleja, mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, dwar il-prodotti organiċi mkabbra fil-farm sperimentali tal-Gvern ta’ l-Għammieri.  

F’diskors f’din l-attivita’, il-Ministru għal Għawdex l-Onor Giovanna Debono qalet li jeħtieġ li nitgħallmu naħsbu fl-ambjent mhux biss għal ġimgħa f’sena imma f’kull ġurnata tagħna. Hija qalet li kull deċiżjoni li aħna lkoll nieħdu fit-tip ta’ ħajja li ngħixu għandha mpatt dirett jew indirett fuq l-ambjent ta’ madwarna.  

L-ambjent, qalet il-Ministru Debono, m’huwhiex biss dak marbut ma’ skart jew tniġġiż imma dak kollu li jista’ jaffettwana f’ħajjitna. Il-Ministru Debono irreferiet għall-pubblikazzjoni ta’ riżultati ta’ studju dan l-aħħar fejn it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin ġew ikklassifikati fl-ewwel post, fost 34 pajjiż, fejn jidħol piż żejjed u ħxuna żejda. Dan kollu, qalet il-Ministru Debono, għandu jiftħilna għajnejna iktar biex nadottaw prattiċi aħjar fejn jidħol il-konsum ta’ l-ikel u l-lifestyle tagħna, b’mod partikolari, l-eżerċizzju u l-isport. Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino tkellem dwar l-importanza li għandna nagħtu lill-ambjent biex aħna lkoll ngħixu ħajja aħjar. Huwa rrefera għal Ġimgħa Ambjent li tinkludi numru ta’ attivitajiet li huma ntiżi li joħolqu kuxjenza dwar l-ambjent minn aspetti differenti, li lkoll finalment, jaffettwaw il-kwalita’ ta’ ħajja li ngħixu.  

Il-Ministru Pullicino tkellem ukoll dwar il-prodotti organiċi li qed jitkabbru fl-Għammieri, fejn id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura beda jwettaq eżerċizzju li jkabbar prodotti agrikoli mingħajr pestiċidi, liema prodotti qed jintlaqgħu tajjeb ħafna mill-konsumaturi. Hu qal li dan hu ta’ ġid għall-konsumatur Malti li llum għandu għażla iktar wiesa’ ta’ prodotti ġenwini u ta’ kwalita’ mkabbra lokalment. L-attivita’ kienet imżewqa wkoll bi stands diversi li esibwew prodotti agrikoli lokali u prodotti oħra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow