IL-MINISTRU GEORGE PULLICINO JIPPARTEĊIPA F’LAQGĦA DWAR IL-MIŻURI FUQ IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2007-2013)
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino mexxa delegazzjoni tal-Gvern Malti f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali, Marianne Fischer Boel.
Din il-laqgħa saret bħala parti mil-laqgħat bilaterali fuq livell politiku sabiex tinstab pożizzjoni komuni dwar il-miżuri fuq il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għas-snin 2007-2013.
Il-Ministru Pullicino tenna l-pożizzjoni ta’ Malta sabiex jinżamm l-istatus ta’ Less-Favoured Areagħax permess ta’ dan l-istatus il-bdiewa Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jkomplu jgawdu minn pagamenti fuq art agrikola ta’ mhux anqas minn €250 għal kull ettaru ta’ art.
Matul il-laqgħa, il-Ministru George Pullicino ikkonferma wkoll li Malta hija favur programmi bħalma hu Leader li minnhom pajjiżna jista’ jibbenefika. Id-delegazzjoni Maltija pproponiet li, minħabba li pajjiżna m’għandux esperjenza fit-twettiq ta’ dan il-programm, Malta għandha tingħata kundizzjonijiet iktar speċifiċi għar-realtajiet tagħna.PR0794
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946