Left arrow Go Back

IMKABBRA MADWAR 1030 SIĠRA BEJN L-ISKEJJEL KOLLHA

PR0789
Date Icon 31/05/2005

Il-Kampanja ‘Kabbar Siġra’ għal din is-sena giet fi tmiemha llum biċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-Premjijiet li saret gewwa r-Residenza San Vincenz De Paul. Din kienet parti ukoll mill-GimgħAmbjent li qed tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm l-Onor Helen D’Amato Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ u Dr. Francis Agius, Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Biedja  u Sajd.

Dr. Francis Agius qal li din is-sena ħadu sehem tnax il-skola minn Malta u Għawdex, disgħa Maltin u tlieta Għawdxin. Hu spjega kif b'kollox gew imkabbra madwar 1030 siġra bejn l-iskejjel kollha.

Dr. Agius qal li dawn is-siġar kabbruhom it-tfal matul is-sena fl-iskejjel tagħhom, u ġabru iż-żerriegħa huma u nibbtuhom huma. L-iktar skola li kabbret sigar kienet dik tal-Liceo tal-bniet ta' Sir Adrian Dingli.  Din kabbret il-fuq minn 230 siġra. Kien hemm żewġt iskejjel li ħadu sehem fil-kompetizjoni ta’ l-isbaħ ġnien bis-siġar Maltin. Dawn kienu Sta Tereza Junior Lyceum u l-Junior Lyceum tas-subien tal-Ħandaq.

Din l-ahhar skola rebħet ukoll il-premju ta' l-aħjar inizjattiva maħruġha minn skola. Li għamlet huwa li naddfu id-dawra ta' madwar il-ground tal-iskola u ħawlu il-fuq minn 100 sigra Maltija.

It-tieni premju rebhitu skola Ghawdxija, il-Liceo Ninu Cremona ta' Victoria , li żergħu u kabbru madwar 60 balluta fl-iskola stess, u dawn imbagħad ħawluhom fit-Triq tar-Ramla f'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tan-Nadur. It-tielet premju ħaduh l-iskola ta' Sir Adrian Dingli, għax żergħu il-fuq minn 1200 żerriegħa ta' ħarrub ballut u siġar oħra.

Dr. Agius temm jgħid li dan juri l-impenn tal-Gvern li jkompli jkabbar kuxjenza favur l-ambjent ta’ madwarna billi nibdew mill-edukazzjoni tat-tfal billi nghallmuhom juru imhabba lejn is-siġar.

F’kelmtejn li tat l-Onor Helen D’Amato ferħet lir-rebbieħa u lil dawk kollha li ħadu sehem f’ din il-kampanja. Hija appellat lil dawk prezenti biex jagħtu sehem akbar favur il-ħarsien ta' l-ambjent billi, fost l-oħrajn, tinżamm l-indafa fil-pajjiż u billi kulħadd jifhem li l-ambjent hu tagħna lkoll.

Is-Sinjura D’Amato qalet li għalkemm hu minnu li fost iż-żgħar qed tikber il-kuxjenza favur il-ħarsien ta' l-ambjent, għad fadal ħafna li ma jistgħux jifhmu li bl-azzjonijiet tagħhom qed iħassru l-ambjent, barra li kultant ikunu wkoll ta' eżempju ħażin għal ħaddieħor. Hija qalet lit-tfal preżenti li huma ghandhom ikunu ta’ eżempju mhux biss għal tfal oħra iżda wkoll għall-kbar.

Is-Sinjura D’Amato rringrazjat lill-P.A.R.K. Section fil-Ministeru għall-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għad-donazzjoni ta’ 100 palma li taw lir-residenza ta’ San Vincenz. Hija kompliet tgħid li: “Aħna minn naħa tagħna ġewwa San Vinċenz ukoll qed nagħmlu l-parti tagħna biex inħarsu l-ambjent ta’ madwarna, tant hu hekk li din is-sena kkonvertejna l-karozzi li jaħdmu bid-diesel għal biodiesel, fuel nadif u alternattiv għad-diesel normali nieqes mill-kubrit, li jiġġenera emissjonijiet baxxi u ma jniġġisx l-arja.” Huwa ta’ sodisfazzjoin kbir li tara tfal u anzjani jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw Jum l-Ambjent propju

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow