KUNDANNA GĦALL-QTIL TA’ ĊIKONJI BOJOD (STORKS)
PR0787
31/05/2005
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jikkundanna bla ebda riservi l-inċidenti li fihom kienu sparati tiri u nqatlu xi Ċikonji Bojod (storks). Minbarra li huma ta’ għajb għal min iwettaqhom, inċidenti bħal dawn iwasslu biex ikomplu jitfgħu l-attenzjoni fuq il-kwistjoni tal-kaċċa f’pajjiżna, bil-konsegwenza li jistgħu jippreġudikaw dak li kien negozjat u miksub ma’ l-Unjoni Ewropea.
Wasal iż-żmien meta kulħadd, inkluż l-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-kaċċaturi, jagħmel il-parti tagħhom sabiex irażżnu b’mod effettiv l-eċċessi ta’ wħud mill-membri tagħhom.
Il-Ministeru jappella lil kull min jista’ jgħin fl-investigazzjonijiet sabiex jgħaddi din l-informazzjoni lill-pulizija.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946