Left arrow Go Back

KUNDANNA GĦALL-QTIL TA’ ĊIKONJI BOJOD (STORKS)

PR0787
Date Icon 31/05/2005

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jikkundanna bla ebda riservi l-inċidenti li fihom kienu sparati tiri u nqatlu xi Ċikonji Bojod (storks).  Minbarra li huma ta’ għajb għal min iwettaqhom, inċidenti bħal dawn iwasslu biex ikomplu jitfgħu l-attenzjoni fuq il-kwistjoni tal-kaċċa f’pajjiżna, bil-konsegwenza li jistgħu jippreġudikaw dak li kien negozjat u miksub ma’ l-Unjoni Ewropea. 

Wasal iż-żmien meta kulħadd, inkluż l-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-kaċċaturi, jagħmel il-parti tagħhom sabiex irażżnu b’mod effettiv l-eċċessi ta’ wħud mill-membri tagħhom. 

Il-Ministeru jappella lil kull min jista’ jgħin fl-investigazzjonijiet sabiex jgħaddi din l-informazzjoni lill-pulizija. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow